Left arrow Go Back

IL-GVERN QED JARA KIF JISTA’ JGHADDI LURA LILL-KONSUMATUR PROFITT MHUX IMBASSAR TA’ L-ENEMALTA

PR1357
Date Icon 28/07/1998

Il-Gvern qed jistudja skemi li bihom parti mill-profitt zejjed mhux imbassar li ghamlet il-Korporazzjoni Enemalta jerga’ jghaddi lura lill-konsumatur.


Dan habbru l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant meta dalghodu zar Has-Saptan,  fejn il-Korporazzjoni Enemalta ghandha l-hazna tal-prodotti taz-zejt. Tul iz-zjara, il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru tal-Finanzi, is-Sur Leo Brincat.


Dr Alfred Sant qal li fl-ahhar ghaxar snin, l-Enemalta ghamlet investimenti sostanzjali li ma kinux finanzjati tajjeb. Zied jghid li issa hemm bzonn li nharsu ’l quddiem ghal strategija li tkun aktar razzjonali billi l-investimenti li saru jitpoggew fuq bazi kummercjalment vijabbli, waqt li d-dhul ta’ l-Enemalta jkun aktar razzjonalizzat.


Dr. Sant  semma kif, fl-ahhar sena, sar sforz kbir biex issir razzjonalizzazzjoni  skond il-provvedimenti tal-ligi, l-aktar  permezz ta’ bidla fir-rati tat-tariffi ta’  l-energija f’pajjizna. Sostna li hemm bzonn li jkun hemm aktar trasparenza fil-costings ta’ l-Enemalta, kif ukoll fil-mod kif jigu mehuda d-decizjonijiet finanzjarji.


Il-Prim Ministru fakkar li l-ekonomija ta’ l-Enemalta tiddependi hafna mir-rata ta’ kif  il-prezz taz-zejt  ikun qed jiffluttwa fis-swieq internazzjonali. Dan ic-caqlieq mhux dejjem jigri b’mod ippjanat u ghal zmien twil. Fl-ahhar sena, kien hemm caqlieqa sostanzjali ’l isfel  fil-prezzijiet  taz-zjut internazzjonali li wasslet biex it-tbassir li kien qed isir ghad-dhul u l-hrug minn u fuq il-prezz taz-zejt  gew imcaqalqa sostanzjalment  ghall-vantagg ta’ l-Enemalta.


Meta tkellem dwar il-possibilita’ tal-privatizzazzjoni parzjali ta’ l-Enemalta, il-Prim Ministru qal li f’kaz li dan isehh, kollox jimxi fuq il-mudell tal-Maltacom. Din giet privatizzata b’erbghin fil-mija u ma kien hemm l-ebda theddida ghall-impieg tal-haddiema.


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow