“MHUX MINNU LI GVERN NAZZJONALISTA KIEN SE JHAFFER GHAZ-ZEJT F’GHAWDEX” - IS-SUR JOE MIZZI, MINISTRU FL-UFFICCJU TAL-PRIM MINISTRU
Is-Sur Joe Mizzi, Ministru bla Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, f’kumment lill-gurnalisti, qal li mhux minnu li Gvern Nazzjonalista kien se jhaffer ghaz-zejt f’Ghawdex. Il-Ministru Mizzi qal li din hija gidba u li huwa jista’ jissostanzja dan b’dokumenti.
Il-Ministru Mizzi qal li l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Guido de Marco, fl-24 ta’ Settembru 1996, kien esprima li jistghu jigu mminati l-interessi Taljani jekk isir dan it-thaffir tal-bir taz-zejt. Il-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin ta’ dak iz-zmien kien qal ukoll li dan it-thaffir kien imur kontra l-ispirtu tal-protokoll finanzjarju Taljan.
Il-Ministru Mizzi qal li dan ifisser li kien diga` hemm indikazzjoni negattiva dwar it-thaffir ghaz-zejt f’Ghawdex.
Is-Sur Mizzi zied jghid li huwa jista’ jikkonferma li l-ewwel indikazzjonijiet ghat-thaffir tal-bir kienu fl-20 ta’ Frar 1997. Dan sar permezz tal-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin u ta’ l-Ambjent ma’ l-Awtoritajiet Taljani. Fit-13 ta’ Marzu 1997, bdew it-tahdidiet hawn Malta f’Kastilja ma’ l-Awtoritajiet Taljani.
Kien hawnhekk, qal il-Ministru Joe Mizzi, li bdew id-diskussjonijiet dwar it-thaffir tal-bir u li dan ghandu jigi ffinanzjat mill-protokoll Taljan.
Huwa qal li kien prezenti fil-laqgha tat-13 ta’ Marzu 1997. Qal li kien hemm xi problemi wara dak iz-zmien, imma dawn issolvew ukoll, biex finalment il-Gvern wasal fi ftehim li t-thaffir ghaz-zejt isir realment.
Il-Ministru Joe Mizzi qal li dan kollu lest li jissostanzjah bid-dokumenti meta jkun il-mument opportun.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922