PROTOKOLL MEDIKU GDID GHALL-KURA U L-KONTROLL TAX-XAHAM FID-DEMM
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, habbar protokoll mediku gdid ghall-kura u l-kontroll tax-xaham fid-demm. Dan il-protokoll mediku kien hemm qbil fuqu bejn il-konsulenti rapprezentati fid-Drug and Therapeutic Committee u d-Dipartiment tas-Sahha. Il-klinika tal-lipid ser tibda tahdem fuq dan il-protokoll madwar tliet gimghat ohra.
Il-Ministru Farrugia qal li tul din is-sena gew accettati numru ta’ mard li jinkludu Ischaemic Heart Disease, Multiple Sclerosis, Motor Neurone Disease, fix-Schedule V (Kartuna Safra), kif ukoll giet estiza l-kura ghall-kazi tal-H.I.V skond protokoll mediku li kien hemm qbil fuqu. Ghas-sena d-diehla qed jigu proposti Hypthyradism u Spina Bifida biex jidhlu fix-Schedule V.
Huwa qal li dan ixejjen ghal kollox il-qlajjiet li kienu qed isiru dan l-ahhar minn min ghandu nteressi ulterjuri politici li s-Schedule V ser titnehha. Mhux talli mhux ser titnehha izda x-Schedule V qed tigi estiza. Id-Dipartiment tas-Sahha mhux se jhalli min jabbuza minn dan is-servizz socjali.
Il-Ministru Farrugia qal li matul l-1997 kien hemm 30,213 persuna fuq is-Schedule V, li gedded jew kellha s-servizz gdid; filwaqt li mill-ewwel ta’ Jannar sa l-ahhar ta’ Gunju 1998, kien hemm 15,607 persuna li geddew is-servizz jew kellhom servizz gdid fix-Shedule V.
Il-Ministru qal ukoll li din is-sena diga’ hargu mal-miljun item li jiswew lill-Gvern Malti madwar miljun u nofs liri Maltin.
Ghalhekk qed issir enfasi biex kulhadd ikun aktar accountable ghal dak li jkunu qed jiffirma ghalih.
Huwa d-dmir tad-Dipartiment tas-Sahha li jsahhah x-Schedule V izda li ma jhallix l-abbuz ikissirha. Min jabbuza jrid jirrispondi ghal ghemilu
IL-KONTROLL TAX-XAHAM FID-DEMM
L-aqwa kura ghall-kontroll tax-xaham fid-demm hija li tbiddel l-istil ta’ hajja ghal wiehed aktar b’sahhtu. B’dan infissru zieda fl-attivita’ fizika, kontroll fuq l-ikel u li wiehed jieqaf ipejjep. Ma’ dawn imbaghad ikun hemm sitwazzjonijiet klinici fejn huma mehtiega l-pilloli li jbaxxu l-livell tax-xaham fid-demm.
......./......
Il-protokoll il- gdid ghal min hu intitolat ghal dawn il-pilloli b’xejn hu ibbazat l-ewwelnett fuq livell specifiku fid-demm ta’ “low density lipoprotein -cholesterol” (LDL-Cholesterol). Dan huwa it-tip ta’ cholesterol li jaghmel l-aktar hsara fil-gisem tal- bniedem u jigi l-aktar minn xaham li nsibuh fl-animali. Il-livell kliniku li gie stabbilit wara ricerka internazzjonali kien ta’ 4.1 millimols kull litru demm (4.1 mmol/L)jew aktar. It-tieni kriterju huwa numru ta’ sitwazzjonijiet klinici specifici fejn instab li jkun ta’ beneficcju li tikkontrolla ix-xaham fid-demm permezz tal-pilloli. Dan hu l-protokol:-
Il-Pilloli li jbaxxu x-Xaham fid-Demm ser Jinghataw b’Xejn lil Dawk Li:
Ikollhom evidenza klinika ta’ mard iskemiku tal-qalb flimkien ma’ livell ta’ LDL-Cholesterol ta’ 4.1 mmol/L jew aktar;
Ikollhom evidenza klinika ta’ dijabete flimkien ma’ livell ta’ LDL-Cholesterol ta’ 4.1 mmol/L jew aktar;
M’jkollhomx evidenza klinika ta’mard iskemiku tal-qalb izda jkollhom livell ta’ LDL - cholesterol ta’ 4.1 mmol/L jew aktar flimkien ma’ tnejn jew aktar minn dawn ir-risk factors li gejjin:-
(a) pressjoni gholja fid-demm (li tkun ‘l fuq minn 160/95 mmHg ghal perjodu ta’ zmien).
storja ta’mard iskemiku tal-qalb fil-familja (jigifieri ahwa jew genituri li
kellhom mard iskemiku tal-qalb fl-eta ta’ 50 sena jew anqas).
(c ) mard fl-arterji tal-gisem jew tar-ras.
hxuna zejda b’Body Mass Index ta’ aktar minn 35%;
Ikollhom xaham fid-demm jintiret fil-familja jigifieri ta’ natura genetika (familial (type2) hypercholesterolaemia).
NOTA IMPORTANTI:- Wara l-eta’ ta’ 75 sena, il-livell gholi tax-xaham fid-demm ma jibqax risk factor u allura ma hemm ebda indikazzjoni li jsiru testijiet jew li tinghata kura ghax-xaham fid-demm f’persuni anzjani li jkunu ghalqu l-75 sena.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922