DOKUMENTARJU DWAR IR-RIJABILITAZZJONI TA’ WIED IL-QLEJGHA JIPPARTECIPA FL-AGROFILM’98 F’NITRA, SLOVAKKJA
Dokumentarju fuq Video bl-Ingliz, dwar ir-Rijabilitazzjoni ta’ Wied il-Qlejgha, se jiehu sehem f’kompetizzjoni-festival, li jsir kull sena f’Nitra, fis-Slovakkja.
Il-kompetizzjoni-festival ta’ din is-sena hija ntitolata “Agrofilm’98” u mistenni li jiehdu sehem ghadd ta’ pajjizi. It-tema ta’ kull video partecipant irid ikun jittratta suggett li ghandu konnessjoni mal-biedja fid-diversi pajjizi.
Il-video ta’ Malta, mahrug mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, huwa ntitolat “The Rehabilitation of Wied il-Qlejgha”. Dan se jittratta x-xoghol siewi li sar f’dan il-progett u li permezz tieghu se jkun jista’ jingabar aktar ilma ghat-tisqija tar-raba’ b’rizultat li jibbenefikaw il-bdiewa ta’ l-inhawi.
Dan id-dokumentarju jispjega tajjeb hafna l-problema kbira tan-nuqqas ta’ ilma f’pajjizna u l-mizuri li kellhom jittiehdu matul is-snin sabiex din il-problema tittaffa.
L-iskript ta’ dan id-dokumentarju nkiteb mis-Sur Tony Parnis, fuq ricerka tas-Sinjorina Sonya Vella u bl-ghajnuna tas-Sur Peter Abdilla, zewg ufficjali agrikoli fi hdan id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
Il-qari sar mis-Sur Godwin Scerri u s-Sinjura Marilou Coppini. Il-fotografija u l-muntagg sar mis-Sur Antoine Zammit, fotografu ma’ l-istess Dipartiment ta’ l-Agrikoltura.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922