Left arrow Go Back

GHOTI TA’ DEMM MILL-MEMBRI TAL-FORZI ARMATI TA’ MALTA

PR1328
Date Icon 22/07/1998

Id-Dipartiment tas-Sahha, f’dawn l-ahhar tliet xhur qed juza l-facilitajiet tat-tejatri ta’ l-operazzjonijiet nhar ta’ Hadd biex jaqta’ mill-lista ta’ stennija ghall-operazzjonijiet minuri.


Dan habbru l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja it-Tabib Michael Farrugia waqt zjara li ghamel fil-Barracks tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Hal Luqa waqt ghoti tad-demm mis-suldati permezz ta’ l-uzu tal-Mobile Blood Donor Unit.  Din hija l-ewwel zjara tal-Mobile Unit fil-Barracks.


Il-Ministru Michael Farrugia qal li b’din is-sistema huwa mistenni li fix-xhur li gejjin tkompli tissahhah il-hidma sabiex l-operazzjonijiet fl-iSptar San Luqa jsiru fl-inqas zmien possibbli.


Huwa habbar ukoll li fil-gimghat li gejjin, wara hidma biex jinstabu r-rizorsi umani adekwati, is-swali ta’ l-operazzjonijiet ta’ l-ghadam ikunu jistghu jiffunzjonaw ghal aktar hin fil-gurnata.


Il-Ministru Farrugia tkellem ukoll dwar il-ftuh ta’ Unit gdid fl-iSptar San Luqa ghall-Kura Intensiva tal-Qalb (Coronary Intensive Care Unit - CICU) li ghandha titlesta aktar tard din is-sena.  B’dan is-servizz gdid ghac-cittadini Maltin u Ghawdxin ikunu jistghu jsiru aktar operazzjonijiet tal-qalb.


Minhabba li dawn id-diversi operazzjonijiet li jsiru u li mistennija jizdiedu, kif ukoll minhabba kura ta’ certu mard, u incidenti ohra, huwa mistenni li tizdied id-domanda ghad-demm.


It-Tabib Michael Farrugia heggeg lil diversi dipartimenti, ghaqdiet u organizzazzjonijiet u industriji biex jippartecipaw aktar fl-oghti tad-demm.  



....../......




L-ezercizzju tal-ghoti tad-demm fl-armata mistenni jdum tlett ijiem, u mistennija jipartecipaw aktar minn 100 suldat.


Il-Ministru Farrugia qal li mis-7 ta’ Dicembru 1997 sa l-ahhar ta’ Mejju 1998 kien hemm 3747 donatur tad-demm li ghamlu uzu mill-mobile unit.  Matul l-istess perjodu, kemm mill-mobile unit kif ukoll mic-Centri tad-Demm f’Malta jirrizulta li kien hemm 11,143 donatur, zieda ta’ ftit inqas minn elfejn persuna tul l-istess perjodu s-sena li ghaddiet.


Il-Ministru Farrugia rringrazzja lill-media ghas-sehem u l-ghajnuna li tinghata minnghandhom sabiex ic-cittadini jkunu infurmati u wkoll meta id-dipartiment ikollu bzonn ixandar ghal donaturi tad-demm.


Il-Ministru Farrugia rringrazzja wkoll lill-Kmandat tal-Armata, Rupert Montanaro, kif ukoll lit tabib ta’ l-Armata, Dr Robert Galea tal-inizjattiva taghhom u tal-koperazzjoni li d-Dipartiment tas-Sahha dejjem isib mill-Armata.  Fost ghajnuna li d-Dipartiment tas-Sahha jsib mill-armata nsibu s-salvatagg, traggitti ta’ helicopter bejn l-isptarijiet ta’ Malta u Ghawdex, kif ukoll ghajnuna fuq diversi xoghlijiet ghall-progetti.


Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow