Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAT-TURIZMU U SELF EMPLOYED

PR1326
Date Icon 22/07/1998

B’riferenza  ghall-stqarrija ta’ l-Onor Michael Refalo wiehed jinnota li l-kritika ta’ l-Oppozizzjoni fit-turizmu hija kritika imqansha, antikwata u xejn professjonali.


Il-fatti tat-turizmu llum huma dawn:


  • Fl-ahhar sentejn ta’ Gvern Nazzjonalista n-numru ta’ turisti li gew Malta nizel b’10.5% filwaqt li sa llum that Gvern Laburista n-numru ta’ turisti li gew Malta telgha b’8%


  • Fl-ahhar sena ta’ Gvern Nazzjonalista n-numru ta’ cruise passengers li zaru Malta nizel b’10.3% filwaqt li s’issa n-numru ta’ cruise passengers li zaru Malta telgha b’136%


  • Fl-ahhar sentejn ta’ Gvern Nazzjonalista l-qligh mit-turizmu nizel b’5.2% filwaqt li minn kemm ilu li telgha Gvern Laburista l-qligh mit-turizmu telgha b’4.6%


  • Fl-ahhar erba’ snin ta’ Gvern Nazzjonalista n-nefqa ras ghal ras tat-turist nizlet minn Lm219.4 ghal Lm217.2 filwaqt li f’ghoxrin xahar ta’ Gvern Laburista in-nefqa ras ghal ras zdiedet ghal Lm242.1


  • Fl-ahhar sena ta’ Gvern Nazzjonalista l-impjieg dirett fit-turizmu  nizel b’1.2% filwaqt li s’issa   taht  Gvern Laburista l-impjieg dirett fit-turizmu zdied b’5.9%


  • Fl-ahhar sena ta’ Gvern Nazzjonalista n-numru ta’ turisti li qaghdu go Five Star Hotels kien ta’ 51,000 filwaqt li sa l-ahhar ta’ din is-sena in-numru ta’ turisti fil-Five Star Hotels mistenni li jilhaq  113,000.


Mill-ahhar figuri u statistika li hargu ghall-ewwel xhur ta’ din is-sena jidher car illi l-qaghda fis-settur turistiku ghal din is-sena kompliet sejra iktar ’il quddiem.

.../...

Il-fatti u l-provi juru kemm kienet skaduta l-politika li kien miexi biha Gvern Nazzjonalista u kemm tat rizultati tajbin u fiducja l-politika moderna tal-Gvern Laburista.


Wiehed jiskanta kif l-Onor Michael Refalo ma jisthix jitkellem fuq l-Awtorità tat-Turizmu meta jaf li din m’ghaddietx mill-Parlament ghaliex hu stess, wara li kien qal kemm jaqbel maghha u wara li hu stess issekonda il-ligi, spicca biex ivvota kontra taghha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow