PREPARAMENTI FINALI GHAL MALTA JAZZ FESTIVAL
Is-Segretarju Parlamentari, l-Onor Dr Joe Cilia, dalghodu zar il-preparamenti f’Ta' Liesse, il-belt Valletta, fejn il-lejla jitla’ s-separju fuq it-tmien edizzjoni tal-Jazz Festival.
L-Onor Cilia accenna fuq il-kuncett li din is-sena l-organizzaturi tal-festival ghazlu li joffru spettakklu ta' stili differenti minn ghazla ta' partecipanti tradizzjonali, versatili u sperimentali. Barra mill-artisti barranin se jiehdu sehem ghadd ta' esponenti lokali tal-muzika Jazz f'pajjizna.
Infatti ser jiehdu sehem tmien gruppi barranin li ser jitqassmu fuq it-tliet serati, bi grupp Malti f’kull serata. Bhala team ta' kordinament ser ikun hemm ghaxar persuni kwalifikati f'dan il-qasam, flimkien ma’ l-impjegati tad-Dipartiment tal-Kultura. Din hija turija ta' l-impenn li s-Segretarjat ghandu lejn dan il-Festival li, sena wara l-ohra, qed johloq aspettativa f'pajjizna.
In-Nutar Cilia spjega kif il-politika tal-Gvern qed tigi attwata anke f'dan il-festival fejn qed tinghata importanza shiha lit-talent Malti. Huwa avza li dan il-festival ser jigi rrapurtat minn tlieta u ghoxrin gurnalist barrani: erbgha mill-Germanja, sitta mill-Ingilterra, erbgha mill-Italja, sebgha mill-Olanda u tnejn mill-Gappun. Din hi xhieda hajja ta' kemm dan il-festival qed ikompli joffri vetrina lil Malta f'pajjizi varji tad-dinja.
L-Onor Cilia awgura lid-dillettanti tal-muzika Jazz kull divertiment waqt din it-tmiem il-gimgha ta' Xalata Jazz. Fl-istess hin huwa rringrazzja lill-isponsors kollha ghall-kontribuzzjoni li huma qed jaghtu lil dan il-festival turistiku u kulturali.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922