Stqarrija mill-Ministeru tat-Turizmu u s-Self-Employed
Il-Ministeru tat-Turizmu u s-Self-Employed jiddeplora l-atteggament negattiv li hadet l-Oppozizzjoni Nazzjonalista l-bierah fil-Parlament, meta iddecidiet li ma tippartecipax fil-kontinwazzjoni tad-diskussjoni fl-istadju ta’ Kumitat ta’ l-Att ta’ l-1997 dwar is-Servizzi tat-Turizmu ghal Malta, li tahseb biex twaqqaf l-Awtorità tat-Turizmu ta’ Malta.
Dan minkejja l-fatt li meta l-Perit Karmenu Vella ressaq l-Ewwel Qari ta’ dan l-Att, kien ix-Shadow Minister, l-Avukat Michael Refalo, li ssekonda l-mozzjoni. Fil-fatt l-Oppozizzjoni kompliet tiehu parti fid-diskussjonijiet li saru ghat-Tieni Qari u ghall-ewwel sitt artikli ta’ l-istess Att fl-istadju ta’ Kumitat.
Dan huwa agir ferm deplorevoli, l-aktar fil-kunsiderazzjoni tal-fatt li l-Prim Ministru iddikjara li kien se jressaq fil-Parlament ligijiet mhux ta’ kontroversja izda ta’ importanza nazzjonali.
Ta’ min isemmi li l-Kap ta’ l-Oppozizzjoni gie rrapurtat li stqarr li kien jaqbel ma din il-proposta.
M’hemmx dubju li ghalkemm is-settur turistiku huwa ta’ importanza nazzjonali, ghadu qed jigi ittrattat mill-Oppozizzjoni bhala settur tat-tieni klassi.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922