Left arrow Go Back

XOGHOL TA’ TISWIJIET FUQ DJAR TAL-GVERN

PR1251
Date Icon 09/07/1998

Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu zar il-Kumpless ta’ Djar tal-Gvern f’tal-Bujar, Wied-il-Ghajn, fejn bhalissa qieghed isir xoghol ta’ tiswijiet fuq djar tal-Gvern. Minn dawn it-tiswijiet mistennija jgawdu  mat-18-il familja. Dawn ix-xoghlijiet jaghmlu parti minn kampanja intensiva ta’ tiswijiet f’postijiet tal-Gvern li qeghda ssir  fuq inizjattiva tal-Ministru Portelli nnifsu.


F’din iz-zjara, il-Ministru assista ghax-xoghol li qieghed isir minn haddiema tad-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar fi hdan il-Ministeru tad-Djar. Huwa ltaqa’ mar-residenti ta’ dan il-kumpless li zzuh hajr ghal dan ix-xoghol li kien tant mehtieg.


F’dawn l-ahhar gimghat il-Ministru Portelli ghamel diversi zjajjar f’ghadd ta’ oqsma ta’ djar tal-Gvern fejn ra xoghol ta’ tiswija fuq blokki ta’ appartamenti, kemm fuq il-faccati u anke fil-partijiet komuni. F’dawn l-ahhar ftit xhur sar xoghol bhal dan fi 30 blokk fil-Marsa, f’ohrajn f’Bormla, Birzebbuga, il-Belt Valletta, San Gwann u postijiet ohra. Xoghol iehor ta’ tiswijiet mistenni jibda dalwaqt fil-qasam tad-djar fuq Verdala, Bormla. B’rizultat ta’ din il-kampanja  f’dawn l-ahhar disa’ xhur saru diga’ 1,324 bicca xoghol madwar Malta.


F’Wied-il-Ghajn ukoll il-Ministeru ghad-Djar mistenni jwettaq xoghol ta’ landscaping  fil-Qasam tad-Djar ta’ Zonqor, li se jkun jinkludi fih ukoll gnien. Fil-gimghat li gejjin id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta’ Djar mistenni johrog l-offerti ghal dan ix-xoghol li huwa stmat li se jigi jqum mas-Lm86,000. Ix-xoghol ta’ landscaping mistenni jkopri area ta’ madwar  4,300 metru kwadru u fiha se jithawlu sigar, se jitqieghed pavimentar u anke bankijiet fejn ir-residenti jkollhom fejn jiehdu r-rikreazzjoni taghhom.


Sadanittant diga’ beda x-xoghol fuq disa’ gonna f’ghadd ta’ bliet u rhula f’Malta, filwaqt li hargu l-permessi fuq disa’ gonna ohra f’hafna inhawi f’Malta. Il-Ministeru bhalissa qieghed jistenna l-hrug tal-permessi biex isiru disa’ gonna ohra. L-ispiza totali fuq il-gonna li bdew u l-ohrajn kollha li ghad iridu jsiru mistennija tlahhaq mal-Lm1,135,000. L-Onor. Portelli rega’ zar ix-xoghol ta’ tisbih li qieghed isir fil-bajja u f’toroq f’ Wied-il-Ghajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow