STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAS-SAHHA
B’referenza ghall-istqarrija ghall-Istampa u x-xandir mahruga mill-MUMN, id-Dipartiment tas-Sahha jixtieq jaghti kjarifika dwar dawn il-punti:
1. Dwar l-Uniformijiet
Waqt id-diskussjonijiet li saru, id-Dipartiment tas-Sahha dejjem insista li l-ispecifications tad-drapp ma kellhomx ikunu daqshekk rigidi, jigifieri 185 gramma kull metru kwadru ta’ drapp. Mill-esperjenza li ghandu d-Dipartiment tas-Sahha, kull meta drapp impurtat minn barra minn Malta jigi ttestjat lokalment, hafna drabi jinstab li jkun hemm diskrepanza minn dak stabbilit. Tant hu hekk illi l-MUMN giet mitluba verbalment biex ma tkunx daqshekk tassattiva u tibqa’ ssostni li l-materjal ikun ta’ 185 gramma kull metru kwadru.
Lejn it-tmiem ta’ l-1997 l-MUMN ikkonfermat l-ispecifications bil-piz ta’ 185 gramma kull metru kwadru minghajr varjazzjoni ta’ xejn. Id-Dipartiment iddiskuta kemm mal-laboratorju, kif ukoll ma’ kuntrutturi x’possibilita’ kien hemm li jinstab materjal li jidhol ezatt f’dawn l-ispecifications. Ir-reazzjoni ta’ kulhadd kienet li se tkun difficli ghad-Dipartiment li jasal biex isib materjal b’piz ezatt. Id-Dipartiment tas-Sahha ssugerixxa lill-MUMN li jkun ahjar illi l-piz tad-drapp ikun 185 gramma kull metru kwadru b’varjazzjoni ta’ +/- 5%. L-MUMN ma accettatx din il-proposta; pero’ accettat proposta alternattiva ta’ varjazzjoni ta’ +/- 2%.
Tant id-Dipartiment tas-Sahha kellu ragun, illi meta dahlu l-offerti mid-diversi kuntratturi instab li minn sbatax-il kampjun, wiehed biss kien ta’ 185 gramma kull metru kwadru, izda l-offerta ma kienitx kompluta u ma setghetx tigi accettata. Ghalhekk, kieku d-Dipartiment hareg is-sejha ghall-offerti bil-piz ta’ 185 gramma kull metru kwadru kif riedet l-MUMN, id-Dipartiment ma kienx ikollu triq ohra hlief li jirrifjuta l-offerti kollha li dahlu u johrog mill-gdid sejha ghall-offerti.
L-MUMN kienet mgharrfa wkoll illi l-proceduri ta’ tender normalment idumu madwar hames xhur u ghaldaqstant id-Dipartiment ma kienx jistenna kumment mill-MUMN fejn qalet li ma jinteressahiex mill-proceduri tat-tender.
... / ...
Ghalkemm l-MUMN ma jinteressahiex, taf ukoll li l-kampjuni tal-materjal iridu jigu ttestjati u f’dan il-kaz kien hemm ftit dewmien min-naha tal-laboratorju ghax dan kien qed jingarr minn post ghall-iehor.
Il-kumpanija li nghatat il-kuntratt mill-ewwel talbet kampjuni minn barra biex jigi accertat li d-drapp ikun konformi ma’ l-ispecifications. Izda r-rizultat lokali ta' drapp li suppost kien mahdum b’185, +/-2% grammi kull metru kwadru kien qieghed jaghti varjazzjoni akbar u minkejja li ntalab kampjun fi tlett okkazjonijiet differenti, ir-rizultat xorta baqa’ mhux accettabbli.
Il-kuntrattur ntrabat li jgib l-ewwel kunsinna fl-ewwel ta’ Lulju. Hu talab estensjoni ta’ sitt gimghat, izda d-Dipartiment ma accettax din it-talba u l-kuntrattur intrabat li jgib il-materjal bl-ajru.
Id-Dipartiment, fic-cirkustanzi, ghamel hafna aktar milli seta’.
2. Dwar il-hinijiet tal-vizitaturi
Il-proposta ta’ l-MUMN kienet li filwaqt li jizdied bi ftit il-hin f’nofsinhar u wara nofsinhar, jigi eliminat ghal kollox il-hinijiet tal-vizitaturi wara l-5.30 p.m. Dan johloq diffikultajiet serji ghal hafna haddiema u impjegati kif ukoll ghal bosta persuni li jahdmu fis-setturi tan-negozju u tas-servizzi li allura ma jkunux jistghu jzuru lill-qrabathom morda. Id-Dipartiment huwa favur hinjiet li jaqdu l-htigijiet tac-cittadini ahjar u ghalhekk ser jigi mniedi studju permezz ta’ kwestjonarju halli qabel jittiehdu decizjonijiet finali jsiru maghrufa l-veduti tal-pubbliku u tal-pazjenti.
3. Dwar l-ezercizzju ta’ re-deployment
L-MUMN taf illi d-Dipartiment tas-Sahha qed bil-mod jasal ghal kif ghandu jkun l-ahjar deployment. Dan qed isir permezz ta’ awditjar fuq bazi xjentifika ta’ kif inhu mqassam ix-xoghol fid-diversi wards, units u servizzi specjalizzati. Ghandna diga’ l-esperjenza ta’ l-iSptar Boffa, qeghdin nikkonkludu l-istudju ta’ l-iSptar Monte Karmeli, u wasalna biex nibdew l-awditjar ta’ l-iSptar San Luqa. Ix-xoghol ta’ re-deployment f’servizzi akuti jew specjalizzati jiddependi fuq il-hila, l-esperjenza u l-iskills individwali, kif ukoll fuq il-kapacita’ ta’ l-individwu li jadatta ruhu ghal sistemi u sfidi godda. F’dan ix-scenario, is-seniority m’ghandix tkun l-unika kriterju ta’ ezercizzju ta’ deployment.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922