Left arrow Go Back

IMQASSMA 12-IL LETTER OF INTENT GHALL-PLOTS FIL-VILLAGG TA’ DBIEGI

PR1239
Date Icon 07/07/1998

Progetti li gew varati llum  fil-gzira Ghawdxija, se joholqu madwar 40 post tax-xoghol gdid f’oqsma differenti, li jvarjaw minn xoghol ta’ injam ghal hadid u minn fuhhar ghal bizzilla.


Il-Korporazzjoni Maltija ghal Zvilupp ( MDC ) dalghodu qassmet  12-il Letter of Intent  ghal daqstant plots fil-Villagg Artigjanali Ta’ Dbiegi. Ghaxra minn dawn il-plots huma kompletament godda, filwaqt li zewg plots ohra jinvolvu upgrading ta’ progetti ezistenti.  L-inkwilini li diga’ hemm fil-villagg, ser jigu offruti l-possibilita li jikkonvertu l-kirja taghhom f’cens temporanju wkoll. Sew l-inkwilini l-godda, kif ukoll dawk ezistenti, ser ikunu jistghu juzaw il-plots bhala garanzija ghal self mill-banek sabiex jibnu u jtejbu l-istabbilimenti taghhom.    


Ta’ Dbiegi se jigi trasformat f’Villagg Artigjanali, li filwaqt li jkattar snajja’ tradizzjonali, ikun attrezzat b’mod modern fejn l-artigjani kollha se jkollhom cens ta’65 sena fuq il-post taghhom.


B’kollox Ta’ Dbiegi issa se jkun hemm madwar 25 stabbiliment ta’ snajja tradizzjonali, f’ambjent modern u efficjenti. Kif fisser il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto, il-progett tal-villagg artigjanali jinkwadra ruhu fil-programm tal-Gvern, li jaghti nifs gdid lil l-intrapriza z-zghira f’Malta u Ghawdex. Zied jghid ukoll li dan kollu qed isir  fid-dawl ta’ l-istrutturazzjoni li l-industrija lokali tehtieg biex taffaccja l-opportunitajiet u l-isfidi taz-Zona ta’ Kummerc Hieles bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, liema zona mistennija titwettaq fi zmien ta’ bejn hamsa u seba’ snin.


Huwa semma’ li wasal iz-zmien li nibdew nippjanaw bis-serjetà biex naghmlu mill-Villagg Artigjanali Ta’ Dbiegi punt fokali ghat-turizmu f’Ghawdex, fejn, jekk hu possibbli, kull turist li jigi Ghawdex irid izur dan il-Villagg.  B’hekk tkun qed tkompli titwettaq il-weghda taghna li naghtu nifs gdid lis-self employed iz-zghar.


Qal li l-Gvern ghandu pjan akbar immirat biex ikompli jaghti nifs gdid lis-self employed f’Ghawdex.  Irrefera ghall-problema akuta ta’spazju fuq il-gzira Ghawdxija, fejn  hafna self employed zghar isibu diffikultà kbira biex isibu postijiet fejn jistghu jahdmu minghajr ma jkunu ta’ inkonvenjent ghar-residenti.  Il-Ministru habbar  li digà giet identifikata medda ta’ art li tkun tista’ tigi zviluppata f’zona industrijali ghall-intraprizi zghar Ghawdxin.

... / ...

Dr. John Attard Montalto qal li jekk il-pjan tal-Gvern ikun approvat mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar, wiehed jista’ jghid li tissolva ghal kollox din il-problema f’Ghawdex, Qal li  l-proposta tal-Gvern permezz tal-Korporazzjoni Maltija ta’ l-iZvilupp ilha quddiem l-Awtorità u issa wiehed kien jittama li l-proposta tigi approvata minghajr aktar dewmien.


F’intervent li ghamel is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Avukat Anton Refalo, rrefera wkoll ghal problema ta’ spazju ghal l-intraprizi z-zghar li hemm f’Ghawdex. Qal li kien jittama li l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar u l-MDC jikkoperaw bis-shih, biex isolvu l-htiega urgenti ta’ spazju ghal l-intraprizi z-zghar f’Ghawdex.


Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li wara xhur shah ta’ konsultazzjonijiet bejn il-Gvern u l-Korpi Kostitwiti fi hdan Bord Konsultattiv imwaqqaf apposta, fl-ahhar se tigi ffurmata l-IPSE Ltd.  Permezz ta’ l-IPSE Ltd., ftit tax-xhur ohra se jkunu jistghu jibdew jigu offruti, incentivi godda ghar-ristrutturar ta’ l-industrija.


Dawn l-incentivi ghandhom jigu ffinanzjati minn fondi gejjin mill-Unjoni Ewropea u ohrajn gejjin mid-dhul tal-privatizzazzjoni parzjali tal-Maltacom u                        l-Malta International Airport.


Dr. Anton Refalo sostna li dawn huma provi ta’ kemm il-Gvern qed iwettaq il-weghda tieghu li jaghti nifs gdid lis-settur ta’ l-intraprizi z-zghar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow