Aktar xoghol ta' tiswijiet fuq posijiet tal-Gvern f'Bormla
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, dalghodu zar il-qasam tad-Djar tal-Gvern fil-Barracks ta' Verdala, Bormla, li fih hemm jghixu 75 familja. Fil-jiem li gejjin mistenni jibda xoghol ta' tiswija u rikondizzjonament tal-bini f'dan il-qasam tad-djar. Dan ix-xoghol se jibda hekk kif ghadu kif tlesta xoghol kbir iehor bhal dan fil-Married Quarters ta' San Nikola, fejn jghixu 23 familja ohra.
Fil-qasam tal-Verdala, il-Ministru seta' jara l-kondizzjoni hazina li jinsab fih dan il-kumpless ta' bini. Dan ix-xoghol u xoghol iehor bhalu, li sar f'diversi oqsma tad-djar tal-Gvern madwar Malta, jaghmel parti minn kampanja imnedija mill-Ministru Portelli biex tinghata spinta lix-xoghol ta' tiswijiet f'postijiet tal-Gvern. Xoghol iehor ta' tiswijiet sar diga' fil-Marsa fejn sar xoghol fuq tletin blokk, kif ukoll f'Okella Agius fil-Hamrun, Birzebbuga, San Gwann, il-Belt u nhawi ohra.
Dan ix-xoghol qieghed isir flimkien ma' xoghol iehor ta' tiswija li jsir f'postijiet ohra tal-Gvern fuq talba tal-inkwilini. Infatti, minn Novembru 1996, id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fi hdan il-Ministeru ghad-Djar, li huwa responsabbli mix-xoghol ta' tiswija, f'Bormla diga' wettaq mal-mitejn bicca xoghol ta' tiswija u lesta wkoll hamsa u ghoxrin kaz ta' soqfa li nbidlu.
Kull fejn mar dalghodu, il-Ministru Portelli sab residenti li dehru japprezzaw il-hidma li kienet ghaddejja biex toholqilhom ambjent ahjar.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922