L-Ambaxxatur ta' Malta fil-Germanja jinawgura wirja ta' xoghlijiet ta' Marco Cremona
Lejn l-ahhar ta' Gunju, l-Ambaxxatur ta' Malta fil-Germanja, Carmel J. Aquilina, inawgura wirja ta' xoghlijiet ta' water colours, oils u painted wood reliefs ta' l-artist Malti Marco Cremona fid-Dresdner Bank, fic-Centru ta' Mannheim. Il-wirja giet imtella' bl-ghajnuna tal-Konslu Generali Onorarju ta' Malta f'Baden-Wuttemberg, Dr. Viktor Dulger u bil-koperazzjoni tad-Dresdner Bank ta' Mannheim.
Ghall-inawgurazzjoni, li ghaliha attendew madwar 150 ruh, fosthom l-artist innifsu u diversi personalitajiet distinti mill-Belt ta' Mannheim u mir-regjun, saru diskorsi minn Dr. Carl-Heinrich Esser tad-Dresdner Bank u mill-Ambaxxatur Aquilina. Dr. Esser tkellem dwar il-pozizzjoni strategika ta' Malta, l-istorja, il-kultura u l-arti Ewropea taghha u x-xoghlijiet ta' Marco Cremona. Fid-diskors tieghu l-Ambaxxatur Malti irringrazzja lil Dr. Bulger u lid-Dresdner Bank ghall-ghajnuna u l-koperazzjoni taghhom u tkellem dwar il-karriera ta' Marco Cremona u l-elementi principali tax-xoghlijiet tieghu. Il-wirja giet milqugha tajjeb hafna, tant li Marco Cremona gie mitlub li jtawwal iz-zmien taghha minn ghaxart ijiem ghal tliet gimghat.
Iktar kmieni fl-istess jum l-Amabaxxatur Aquilina, akkumpanjat mis-Sinjura Aquilina, Dr. Dulger u Dr. L. Said, PRO ta' l-Ambaxxata ta' Malta f'Bonn, gie milqugh mir-Rettur ta' l-Universita' ta' Heidelberg Prof. Dr. Siebko. L-Universita' ta' Heidberg hija fost l-aktar universitajiet prestigjuzi fl-Ewropa u hija l-eqdem wahda fil-Germanja. Wara diskussjoni fit-tul dwar is-sistemi u l-problemi ta' l-edukazzjoni terzjarja fil-Germanja u f'Malta u dwar possibilitajiet ta' aktar koperazzjoni, l-Ambaxxatur Aquilina gie mistieden jiffirma l-'Ktieb tad-Deheb' ta' l-Universita'.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922