Interess kbir mit-Tour Operators fl-Agri-Turizmu
Il-progett ta' rijabilitazzjoni ta' Wied il-Qlejgha u l-programmi tal-'Hands-on Farming' u l-'Hands-on Fishing', qanqlu interess kbir fost tour operators ewlenin sabiex jorganizzaw package Agri-turistiku f'Malta.
It-Tour Operators huma interessati li jorganizzaw programm Agri-turistiku ghall-perjodu ta' bejn Novembru u April sabiex jattiraw turisti godda f'Malta.
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia meta kien qed jindirizza laqgha mal-bdiewa interessati li jkunu jafu aktar dwar l-Agriturizmu fil-gzejjer Maltin organizzata miz-Zghazagh tal-Kampanja.
Huwa spjega li d-Dipartiment ta' l-Agrikoltura qed ihejji studju dwar prodotti tipici Maltin maghmula minn hxejjex, frott, prodotti tal-halib ecc., li l-bdiewa jistghu jipprocessaw b'metodi tradizzjonali ghal dan is-suq Agrituristiku.
Bil-ghan li l-attività agri-turistika tikseb aktar importanza fl-stabbilimenti turistici f'pajjizna, il-gimgha d-diehla l-Ministru tal-Biedja u Sajd sejjer jorganizza laqgha mac-Chefs u l-Food and Beverage Managers ta' lukandi u stabbilimenti ta' l-ikel dwar l-uzu ta' prodotti agrikoli mkabbra u pprocessati lokalment.
B'dan l-impenn it-tradizzjonijiet Maltin tal-familji tal-kampanja jerghu jinghataw spinta u ma jithallewx jinqerdu, anzi jintirtu minn generazzjoni ghal ohra.
Huwa temm jghid li l-idea fost il-bdiewa Maltin u Ghawdxin sabiex bejn il-perjodu ta' Novembru u April jinfetah suq gdid ta' dawn il-prodotti tipici u tradizzjonali Maltin f'Wied il-Qlejgha, qed dejjem tikseb popolarita'.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922