Left arrow Go Back

XOGHLIJIET FUQ AKTAR UNITS TAL-GVERN

PR1212
Date Icon 02/07/1998

Il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali bhalissa qieghed jibni 190 post li jiswew madwar   Lm1,800,000 f’diversi bliet u rhula f’Malta u f’Ghawdex fosthom f’Attard, il-Mosta, l-Imtarfa u f’ta’ Kassja fil-Qala, f’Ghawdex.


Barra dan il-bini li qed isir, fil-gimghat li gejjin mistennija jibdew xoghlijiet fuq madwar 132 units ohra li ghalihom jew hargu l-offerti jew  se johorgu l-offerti fil-futur immedjat. Dawn se jiswew madwar Lm3,000,000. Uhud minn dawn il-postijiet jinsabu f’Bormla, il-Belt u l-Furjana, fil-program ta’ twaqqiegh ta’ kerrejjiet u tnehhija ta’ postijiet hziena.  


Bhalissa l-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali qed jistenna l-hrug ta’ permessi ghall-bini ta’  aktar minn 1,000 unit minghand l-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar waqt li qed jithejjew il-pjanti ghall- bini ta’ 237 unit ohra mid-Dipartiment tal-Bini u tiswija ta’ Djar tal-istess Ministeru.


Il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali permezz ta’ l-Awtorita’ tad-Djar, qieghed f’negozjati ma’ ghadd ta’ sidien privati biex minghandhom jixtri numru ta’ appartamenti, maisonettes u garaxxijiet biex b’hekk il-Gvern jkun qed izid l-istock tieghu ta’ bini ghall-gharajjes u l-mizzewgin.  Dan qed isir ukoll biex fl-istess hin ikun qed isir uzu xieraq minn postijiet battala tal-privat. Dan ukoll biex l-ghadd ta’ postijiet battala ma jibqax jizdied, meta fil-pajjiz hawn eluf ta’ nies li m’ghandhomx post dicenti fejn joqoghdu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow