Il-PRIM MINISTRU JILTAQA MA’ GRUPP TA’ MALTIN-FRANCIZI MINN TOULOUSE
Grupp ta’ Maltin-Francizi minn Toulouse, dal-ghodu ghamlu zjara ta’ kortesija lill-Prim Ministru Dr.Alfred Sant, fil-Berga ta’ Kastilja.
Il-Grupp jaghmel parti mill-Assocjazzjoni Hbieb Malta (Amis de Malte) li tirraprezenta madwar 400 familja. Is-Sur Francois Azzopardi, President ta’ l-Assocjazzjoni, spjega lill-Prim Ministru, ix-xoghol u l-attivitajiet li jsiru mill-istess Ghaqda matul is-sena. Fost l-ohrajn qal li kull sena, grupp mdaqqas mill-Assocjazzjoni jzur Malta.
Is-Sur Azzopardi gedded it-tifkiriet taz-zjara li l-Prim Ministru kien ghamel fi Franza, f’Marzu li ghadda.
Minn naha tieghu, il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant esprima sodisfazzjon ghal din iz-zjara ta’ kortesija, u fil-waqt li irringrazjahom ghall-merhba li kienu tawh fi Franza, stieden lill-membri ohra ta’ din l-Assocjazzjoni li jkunu f’Malta, biex izuruh.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922