Il-Prim Ministru jiltaqa' ma' Delegazzjoni ta' l-U.H.M.
Il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant enfasizza l-bzonn li kemm il-Gvern, dawk li jhaddmu, u kif ukoll l-Unions, ghandu jkollhom rwol ewlieni biex ilkoll flimkien joffru kollaborazzjoni kontinwa: kollaborazzjoni li tkun ippernjata fuq zewg kolonni, dik ekonomika kif ukoll dik socjali. Qal li ma jistghax ikun hemm progress ekonomiku jekk il-kolonna socjali titmermer, waqt li minn naha l-ohra l-kolonna socjali ma tistghax tibqa' hemmhekk, jekk l-kolonna ekonomika tkun qed tigi imminata.
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal dan waqt laqgha f'Kastilja ma' delegazzjoni tal-Union Haddiema Maghqudin. Din il-laqgha kienet taghmel parti minn sensiela ta' laqghat li l-amministrazzjoni l-gdida ta' l-Union qed ikollha ma' l-Awtoritajiet tal-pajjiz, kif ukoll ma' diversi korpi.
Il-Prim Ministru semma li, f'dal-qasam, l-akbar sfida li pajjizna ghandu quddiemu hi l-modernizzazzjoni ta' l-ekonomija, li fis-saffi kollha taghha tkun tfisser li jrid jigi immodernizzat dak kollu li jkun qed isir, ghax jekk le l-impiegi jispiccaw ikunu mheddha.
Minn naha l-ohra, kompla jghid il-Prim Ministru, ser ikun hemm bidliet ghaddejjin f'dak li ghandu x'jaqsam ma' l-istruttura ta' l-industrija f'pajjizna. Il-pjani tal-Gvern fl-irristrutturar huma dawk li jghinu lil dawk li draw jahdmu f'ambjent protett biex itejbu l-operazzjoni taghhom u b'hekk ikunu qed jitharsu l-impiegi tal-haddiema. Fix-xoghol li bhalissa jinsab ghaddej, kulhadd qed jitkompla jiddahhal fil-process, mhux biss ta' qbil mar-ristrutturar, izda ukoll fl-implimentazzjoni tar-ristrutturar.
Dr. Alfred Sant zied jghid li element essenzjali f'dan kollu, huwa l-holqien ta' Zona ta' Kummerc Hieles ma' l-Unjoni Ewropea. Hawnhekk il-Gvern qieghed jimxi billi dak li ghandu jaghmel, qed ifasslu f'forum regolari ghaddej mas-settur privat, waqt li l-Unions qed jigu infurmati regolarment b'dak kollu li ghandu jsir. Il-Gvern irid li l-process ta' holqien ta' Zona ta' Kummerc Hieles ikun wiehed gradwali u mhux bl-addocc, maqbul u mhux f'daqqa wahda, kif ukoll jirrispetta l-karatterisitici ta' l-ekonomija ta' Malta. Certi oqsma bhal biedja, Agro-Industries, li huma relatati mal-konsum ta' pajjizna, l-Gvern qed ikun kawt li ma' jaghmilx affarijiet li jistghu jaghmlu hsara lil dan il-qasam.
.
Hawnhekk il-Prim Ministru sostna l-htiega ta' investiment dirett gdid. Qal li indipendentement min kien hemm fil-Gvern, l-ekonomija ta' Malta ma rnexxiliex tattira bizzejjed investiment dirett gdid u dan wassal biex l-impiegi li nholqu kienu anqas milli suppost u wkoll il-bazi teknologika u finanzjarja ta' pajjizna waqghet lura.
Dr. Sant tenna li l-htiega ta' investiment dirett gdid, kemm Malti kif ukoll minn barra, hija krucjali ghal l-ekonomija. Il-hidma li ser ikompli miexi biha l-Gvern hi propju li jkompli jattira investiment dirett gdid minn kullimkien. Hawnhekk, il-Prim Ministru irrefera ghal progett tal-Yacht Marina tal-Birgu u qal li dan jispjega l-impenn tal-Gvern f'dan ir-rigward. Semma kif dan il-progett, li ghandu investiment dirett gdid, ser ikun qed iressaq aktar xoghol lejn pajjizna.
Dwar il-Gvern bhala employer, Il-Prim Ministru Alfred Sant qal li jixtieq li kemm jista' jkun malajr, jigi konkluz il-Ftehim Kollettiv dwar l-impjegati tal-Gvern, waqt li rrefera ghall-ahhar laqghat li saru, li gew deskritti bhala pozittivi. Il-ftehim il-gdid, qal Dr. Sant ghandu jkun ta' sodisfazzjon mhux biss ghal Gvern , Unions u impjegati, izda ukoll ghac-cittadini in generali. Qal li l-Gvern ghandu d-dmir li jibbilancja l-htiega li l-impjegati tieghu, jkollhom paga xierqa u kompetittiva, mal-htiega l-ohra li jzomm id-defecit tal-Gvern taht kontroll. Sostna li l-Gvern qed jaghmel progress mhux zghir f'dal qasam u r-ratings li hargu dan l-ahhar minn Agenziji Internazzjonali juru li qed ikun hemm rikonoxximent.
Dwar l-irwol socjali, Dr. Sant qal li dak li qed jaghmel il-Gvern hu biex jiggenera ekonomija ahjar, ghax b'hekk pajjizna jkun jista' jiffinanzja u jipprovdi bazi ghal pedamenti socjali li irid ikompli jsostni.
Dak kollu li qed jaghmel il-Gvern hu indirizzat biex il-kolonna ekonomika tissahhah u ladarba din tissahhah, l-kolonna socjali tkun tista' taghti l-frott.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922