Familji jinghataw appartamenti godda biex jibda jitwaqqa' l-bini qadim fl-Imsida
Il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli, illum pprezenta l-avvizi ta' allokazzjoni lil ghadd ta' residenti mill-Imsida, li gew allokati bil-polza wiehed mill-appartamenti li nbnew apposta ghalihom, fl-Imsida stess. Dawn ir-residenti bhalissa qeghdin jghixu fi djar qodma jew sub-standard u li issa se jitwaqqghu biex minflokhom jitilghu djar godda. B'kollox kien hemm 29 familja li kollha gew allokati post.
It-tlugh tal-polza sar fl-Iskola Primarja tal-Gvern ta' l-Imsida. B'kollox il-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali kien bena 34 appartament gdid f'zewg blokki, flimkien ma' ghadd ta' garaxxijiet u hwienet, li b'kollox gew iqumu madwar Lm420,000
Il-Ministru, f'kumment li ta, qal li dan it-trasferiment seta' jsir wara li saret il-politika gdida mill-Gvern prezenti dwar l-evictees, li permezz taghha se jinghataw sussidji sostanzjali fuq il-kera lil nies li jkunu se jbattlu djar qodma biex wara jitwaqqghu. Huwa qal li permezz ta' din il-politika gdida se jgawdu familji ohra li llum jghixu fil-kerrejjiet u djar qodma skond il-politika tal-Gvern ta' twaqqiegh ta' kerrejjiet, fosthom f'Bormla u l-Furjana.
Il-Ministru qal ukoll li l-istess sistema ta' polza se tigi addottata fil-kaz tar-residenti li joqghodu fl-inhawi ta' Triq San Gwann, Bormla, li xi whud minnhom se jigu allokati appartamenti fil-blokk mibni mill-Gvern prezenti f'Santa Liena, f'Bormla wkoll.
Huwa kompla jghid li biex jithaffef ix-xoghol huwa kien waqqaf Grupp ghat-Twaqqiegh tal-Kerrejjiet (Slum Clearance Group) taht il-presidenza tal-konsulent tieghu, Dr. Stefan Buontempo. Ix-xoghol ta' dan il-Grupp qieghed ikun dejjem koordinat mal-Kunsill Lokali tal-lokalita' partikulari.
Il-Ministru Portelli qal li aktar kmieni din il-gimgha dan il-Grupp iltaqa' biex jiddiskuti t-twaqqiegh ta' kerrejjiet fl-Imsida u Bormla u ghal din il-laqgha, barra li kien prezenti hu kien hemm ukoll rapprezentanti mill-Kunsilli Lokali taz-zewg lokalitajiet, fosthom anke iz-zewg sindki, Dr. Carmelo Grima ta' l-Imsida u s-Sur Joe Carbonaro ta' Bormla. F'din il-laqgha l-Ministru fisser il-politika gdida li saret dwar it-twaqqiegh ta' kerrejjiet.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922