Laqgha tal-Ministru George Vella mal-Kummissarju Gholi Indjan ghal Malta
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, kellu laqgha mal-Kummissarju Gholi Indjan, l-Eccellenza Tieghu Surendra Kumar. Il-Kummissarju Gholi Indjan mistenni jtemm il-kariga tieghu bhala l-Kummissarju Gholi Indjan ghal Malta fil-futur qarib.
Matul il-laqgha bejn id-Deputat Prim Ministru u l-Kummissarju Gholi Indjan, gew diskussi r-relazzjonijiet bilaterali bejn iz-zewg pajjizi u s-sitwazzjoni politika internazzjonali partikolarment bejn l-Indja u l-Pakistan.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, it-Tabib George W. Vella, filwaqt li rringrazzja lill-Kummissarju Gholi Indjan ghax-xoghol siewi li ghamel matul il-hatra tieghu, awguralu aktar success fil-karriera tieghu.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922