TILTAQA’ D-19 -IL SESSJONI TAL-KUMMISSJONI IMHALLTA BEJN MALTA U L-LIBJA
Ghaxar miljun dollaru gew allokati mill-Gvern Libjan biex jigu investiti f’Malta. Dan l-investiment ser ikun ko-ordinat mill-Libyan Arab Foreign Investment Company (LAFICO).
Dan habbru Mohamed el-Hijazi, Ministru ghas-Sigurtà Pubblika Libjan, meta dal-ghodu mexxa delegazzjoni li kellha tahditiet mal-Prim Ministru Dr. Alfred Sant, f’Kastilja. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Vici Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u Ambjent Dr.George W.Vella, mill-Ministru tal-Finanzi u Kummerc Leo Brincat, kif ukoll mill-Ministru tat-Turizmu u Self-Employed Karmenu Vella.
Il-Ministru ghas-Sigurtà Pubblika Libjan semma’ l-hidma li qed issir min-naha Libjana biex jitkattar aktar investiment f’pajjizna, kemm mis-settur privat kif ukoll minn dak pubbliku. Huwa ghamel ukoll referenza ghall-flus li Malta ghandha tiehu mil-Libja. Huwa qal li l-Gvern Libjan ma jikkunsidrax dawn il-flus li Malta ghandha tiehu bhala dejn, izda bhala process ta’ negozju kontinwu bejn iz-zewg nahat.
Min-naha tieghu, il-Prim Ministru Dr.Alfred Sant semma’ r-relazzjonijiet ezistenti tajbin li jezistu bejn iz-zewg nahat.
Iz-zjara tad-delegazzjoni Libjana tintemm illum. Waqt din iz-zjara, il-Kummissjoni Mhallta Maltija-Libjana ddiskutiet fost l-ohrajn, ir-relazzjonijiet bilaterali fl-oqsma tal-kummerc, investiment, finanzi, tarznari, turizmu, energija, servizzi tat-trasport, kultura, agrikoltura u sajd.
Il-Kummisjoni Mhallta bejn Malta u l-Libja tiltaqa’ darbtejn fis-sena, darba f’Malta u darb’ohra fil-Libja.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922