Left arrow Go Back

Il-Ministru Michael Farrugia jzur l-Isptar Monte Carmeli

PR1159
Date Icon 20/06/1998

Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja it-Tabib Michael Farrugia zar il-pazjenti tal-iSptar Monte Carmeli fl'okkazzjoni ta' Jum il-Missier waqt attivita' li giet organizzata ghalihom.

Waqt indirizz il-Ministru Farrugia rega' sostna l-weghda tieghu li s-sala 10 fl-iSptar Monte Carmeli ser tigi maghluqa. Huwa qal li din is-sala hija sala maghrufa tal-kastig kemm mal-pazjenti kif ukoll mal-infermiera u paramedici.

It-tabib Michael Farrugia qal ukoll li numru ta' swali gew mbajda u naghtaw facelifting komplut, izda huwa wieghed li swali ohrajn ser jigu mibdula kompletament u attrezzati bhal sptarijiet ohra jigifieri b'apparat u sodod moderni.

Wara l-attivita' l-Ministru zar diversi swali fl-isptar fosthom is-sala 8 u s-sala 7 tan-nisa. Din is-sala sarilha facelifting b'tibjid u zebgha, kcina gdida, toilets u showers godda, kif ukoll ghamara, pjanti u inkwatri fost ohrajn. Dan juri l-impenn li dahal ghalih gvern Laburista gdid li fi ftit xhur biss beda juri li qieghed iwettaq dak li kien wieghed qabel l-elezzjoni li s-settur tas-sahha li joffri l-gvern ikun l-aqwa u l-ahjar ghac-cittadini kollha.

Hawnhekk il-Ministru Michael Farrugia wieghed li l-ebda sptar mhu se jithalla barra, la l-isptar Monte Carmeli u l-ebda sptar iehor.

Il-Ministru kompla jghid li dan ix-xoghol kollu sar bil-hidma kontinwa tal- haddiema tal-maintenance u tat-taqsima tal-mastrudaxxi tad-Dipartiment tas-Sahha. Huwa fahhar ix-xoghol li sar u li qieghed isir u qal ukoll li huwa ghandu fiducja shiha fil-haddiema tal-isptarijiet u mhux se jaghti xoghol lill-kuntratturi jekk ix-xoghol ikun jista' jsir mill-haddiema tad-divizjoni tas-sahha stess.

Il-Ministru fl-ahhar irringrazzja lill-haddiema kollha mill-kbir saz-zghir li jahdmu fl-iSptar Monte Carmeli u wieghdhom li anke fil-futur huwa ser ikompli bil-hidma tieghu sabiex l-isptarijiet ikollhom dehra ahjar, kif ukoll li jkompli jsahhah il-management sabiex id-Dipartiment tas-Sahha jkun jista' joffri l-aqwa servizzi tas-sahha lic-cittadini Maltin u Ghawdxin kollha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow