Esportazzjoni ta' Lampuki
"Is-suq gdid ta' l-esportazzjoni tal-huta tradizzjonali Maltija, il-lampuka, pprocessata fiz-zalza tat-tadam, lejn is-swieq Ewropej, intlaqghet tajjeb hafna.
Fil-fatt jirrizulta li numru ta' kumpaniji ohra barranin qed jistabbilixxu kuntatti mad-ditta Maltija sabiex jaghmlu l-ordnijiet taghhom ghal din il-huta tradizzjonali kif ukoll hut iehor ipprocessat."
Dan qalu l-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, meta kien qed jindirizza laqgha ma' ufficjali tad-Dipartiment tas-Sajd.
Huwa zied jghid li b'dan il-pass il-koperattivi tas-sajjieda Maltin flimkien mal-kumpanija lokali li tipprocessa din l-huta, jistghu jiftiehmu ahjar kif jisfruttaw dan is-suq gdid kif ukoll jista' jigi stabbilit prezz minimu garantit ghal matul l-istagun tal-lampuki.
Opportunita bhal din, temm jghid il-Ministru, hija ideali biex f'pajjizna tespandi aktar l-industrija ta' l-ipprocessar tal-hut. Huwa awgura li dan iwassal sabiex fil-futur l-poplu Malti u Ghawdxi jsib varjetà akbar ta' hut processat lokalment fis-suq.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922