Stqarrija mill-Ministeru ghat-Turizmu u Self Employed
'IL-BINI TAL-YACHT MARINA FIL-KOTTONERA - L-OPPOZIZZJONI NAZZJONALISTA U L-PERIT MINTOFF SE JERGGHU JIVVUTAW FUQ L-ISTESS RIZOLUZZJONI DIGA` IMRESSQA FIL-PARLAMENT'
L-Oppozizzjoni Nazzjonalista tidher li qed tfittex tieqa minn fejn tohrog wara li nhar it-Tnejn opponiet ghal ragunijiet partiggjani u egoistici fil-Parlament ir-Rizoluzzjoni ghall-Bini tal-Yacht Marina fil-Kottonera.
L-atteggjament ta' l-Oppozizzjoni u ta' l-Onor. Mintoff qanqal l-ghadab tal-Maltin u l-Ghawdxin kollha li kienu qeghdin jistennew dan l-investiment kbir fl-inhawi tal-Kottonera, wara tant snin minsija minn amministrazzjonijiet precedenti.
L-Oppozizzjoni mhix korretta meta fi stqarrija mahruga kmieni filghodu tal-Gimgha 12 ta' Gunju qalet li l-Gvern se jerga' lura dwar ir-Rizoluzzjoni originali li tressqet l-ewwel darba nhar it-Tnejn 8 ta' Gunju.
Il-fatti veri huma dawn.
1. Id-dritt ghall-access ghax-xatt tal-Birgu johrog car minn Klawsola 2.1 li tghid li l-mollijiet tal-Birgu se jibqghu miftuhin b'access bla limitu ghall-pubbliku li jkun irid jippassigga fl-inhawi u b'access limit ghal vetturi, peress li dawn il-mollijiet se jigu zviluppati f'pedestrian zones. Barra minn hekk se jinfethu l-accessi kollha ghall-moll tal-Birgu minn Triq San Lawrenz li ilhom maghluqin snin twal. (Annex A - Klawsola 2.1 )
2. L-Oppozizzjoni u b'mod partikolari l-Onor. Lawrence Gonzi baqghu jikkwotaw Klawsola 2.2 li tnehhiet qabel saret il-votazzjoni fil-Parlament nhar it-Tnejn. Dil-klawsola tnehhiet wara li nhar it-Tnejn ghall-hin tas-siegha ta' wara nofs in-nhar il-Gvern ippropona emenda fil-kuntratt lill-konsorzju Port Cottonera Ltd fejn il-Gvern talab li titnehha Klawsola 2.2 mid-draft originali u minflok jiddahhal il-kliem:
" Ic-censwalista ma jistax jichad kwalunke access ragjonevoli a favur tal-pubbliku ghall-imsemmija mollijiet u art inkwistjoni." (Annex A - Klawsola 2.2)
Dan it-tibdil kien qed jigi propost mill-Gvern lill-konsorzju biex jiccara kull dubju zbaljat li kien qed jinzera b'malinjita` mill-Oppozizzjoni biex ifixkel l-istess progett tal-Kottonera.
3. Il-konsorzju Port Cottonera Ltd accetta mill-ewwel il-proposta tal-Gvern u fil-fatt dak in-nhar stess, jigifieri nhar it-Tnejn 8 ta' Gunju saret emenda ghall-konvenju qabel is-seduta Parlamentari. (Annex B)
4. Dan it-tibdil kien gie ikkomunikat darbtejn lill-Onor. Dom Mintoff qabel ma ttiehed il-vot fuq ir-Rizoluzzjoni. Darba mill-Ministru tat-Turizmu u Self-Employed l-Onor. Karmenu Vella u mill-Avukat George Abela fir-residenza personali ta' l-Onor. Mintoff. Darb'ohra fil-Parlament mill-Ministru tat-Turizmu u Self Employed u mill-membru Parlamentari Laburista l-Onor. Karmenu Abela.
5. Barra minn hekk meta r-Rizoluzzjoni tressqet ghall-vot fil-Parlament fid-disgha ta' filghaxija, it-tibdil gie komunikat lill-Parlament mill-Prim Ministru qabel ma ttiehed il-vot.
Kopja tat-traskrizzjoni tad-diskors tal-Prim Ministru tinsab annessa ma' din l-istqarrija. (Annex C).
6. Minkejja dan kollu kemm l-Oppozizzjoni kif l-Onor. Dom Mintoff ivvutaw kontra r-Rizoluzzjoni biex iwaqqfu l-progett tal-Kottonera.
Il-Gvern huwa determinat li dan il-progett jitwettaq biex jaghti nifs gdid lill-Kottonera u biex johloq attivita` ekonomika gdida f'dawn l-inhawi ta' pajjizna ghall-gid kemm ta' l-istess inhawi, r-residenti kollha tal-Kottonera, u ghall-gid tal-pajjiz kollu. Ghaldaqstant il-Gvern se jerga' jressaq ghat-tieni darba l-istess rizoluzzjoni fil-Parlament. Il-Gvern jistenna li l-Oppozizzjoni u l-Onor. Mintoff ikunu responsabbli u jitfghu l-ewwel u qabel kollox l-interess tal-Kottonera u l-interessi nazzjonali ta' pajjizna, l-ewwel u qabel kollox.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922