Premju ghal hidma sostanzjali favur il-Harsien ta' l-Ambjent
Bhala parti mill-inizjattivi li gew organizzati mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, fl-okkazjoni tal-Jum Dinji ta' l-Ambjent, din is-sena gie mtella' Kuncert Ambjentali, bil-partecipazzjoni ta' whud mill-aqwa talenti f'Malta.
L-iskop ta' din l-inizjattiva huwa li tkompli titqajjem kuxjenza dejjem akbar fost l-Ambjent.
Din kienet l-ewwel darba li saret inizjattiva tax-xehta taghha f'Malta.
Matul il-kuncert saret ukoll l-ewwel edizzjoni tal-Minister's Award for the Environment Achievement. Dan l-award jinghata lil dik il-Kumpanija, Ghaqda, Assocjazzjoni etc.. li matul is-sena tkun wetqet hidma sostanzjali favur il-Harsien ta' l-Ambjent.
Jinghata ukoll award lill-individwu ghal l-istess ragunijiet.
Ghal din is-sena kkompetew 11-il Ghaqda u 3 individwi. L-award ghall-Kumpaniji/Ghaqdiet intrebah minn "Green Skips Ltd." filwaqt li fil-kategorija ta' l-individwi intrebah mis-Sur Aldo Busuttil.
Il-Kuncert kien success u ntlaqa' b'mod pozittiv. L-istess jista' jinghad ghall-inizjattiva tal-Minister's Award for the Environment Achievement.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922