Laqgha tal-komunita' Maltija fil-Germanja
Ix-xahar li ghadda saret laqgha socjali f'Bonn - Tannenbusch fil-Germanja, ghall-Maltin li jghixu fil-Germanja u l-familjari taghhom. Din kienet is-sitt laqgha li giet organizzata bl-inizjattiva ta' Father Anthony Gaffiero, kappillan Malti li ilu jghix fil-Germanja ghal hafna snin, u bl-appogg shih tal-Ambaxxata Maltija f'Bonn. Wara quddiesa bil-Malti, ccelebrata minn Father Gaffiero, giet imhejjija ikla b'ikel Malti li matulha l-Maltin prezenti setghu jaghmlu kuntatt bejniethom. Fost dawk prezenti kien hemm l-Ambaxxatur Carmel J. Aquilina, u membri ohra ta' l-Ambaxxata Maltija f'Bonn, kif ukoll Bern Schiffarth, Sindku ta' Adenau u President ta' l-Assocjazzjoni Germanja/Malta.
F'diskors tal-okkazjoni l-Ambaxxatur Aquilina fahhar l-inizjattiva ta' Father Gaffiero u wieghed l-appogg tieghu ghal laqghat ohra bhal dawn. Huwa semma l-mod kif l-Ambaxxata Maltija f'Bonn qed tibni registru tal-Maltin kollha fil-Germanja u kif tipprova zzomm kuntatt maghhom. L-Ambaxxatur Aquilina tkellem ukoll dwar ir-relazzjonijiet bejn Malta u l-Germanja u avvenimenti ricenti bhalma huma, il-laqgha li saret f'Bonn ix-xahar li ghadda bejn il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin taz-zewg pajjizi, il-'Malta Week' f'Hamburg, il-Ftehim Gdid ghal Helsien mit-Tassazzjoni Doppja li ghandu jigi ffirmat dalwaqt, u skambji kulturali. L-Ambaxxatur Malti rrefera wkoll ghas-sehem importanti ta' l-investiment Germaniz f'Malta u t-turizmu mill-Germanja fl-ekonomija Maltija. Huwa heggeg ukoll biex il-Maltin izuru l-istand ta' l-Ambaxxata ta' Malta fl-'Spielend Verstehen' f'Bonn fis-6 ta' Gunju fejn se jkunu pprezentati prodotti tradizzjonali Maltin.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922