Left arrow Go Back

Punti mill-Konferenza Stampa dwar self moghti mill-Fond ghall-Izvilupp Socjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa ghall-progett ta' l-Isptar il Gdid f'Tal-Qroqq - Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent - 2 ta' Gunju 1998

PR1024
Date Icon 03/06/1998

IL-FOND GHALL-IZVILUPP SOCJALI

Malta ilha membru tal-Fond ghall-Izvilupp Socjali mill-1973. Dan il-Fond fil-prattika huwa l-'id' finanzjarja tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Joffri l-possibilita ta' self b'rati ta' imghax baxx lill-Istati membri tal-Fond fuq progetti ta' natura socjali.

L-iskop primarju tal-Fond, sa mill-bidu tat-twaqqif tieghu, kien u ghadu l-ghan socjali. Ghalhekk il-Fond jaghti prijorita' lill-progetti relatati ma' bzonnijiet ta':

- refugjati u migranti

- dizastri naturali u dizastri ekologici

- progetti dwar akkomodazzjoni socjali

- protezzjoni ambjentali

- edukazzjoni

- sahha

- progetti ta' intraprizi ta' daqs zghir u medju

Aktar minn 20% tal-progetti approvati mill-Fond f'dawn l-ahhar 3 snin kienu jikkoncernaw il-holqien ta' l-impjiegi permezz ta' intraprizi.

Sal-lum il-Fond ghandu 29 Stat membru Ewropew li 12 minnhom huma mill-Unjoni Ewropea. Dawn l-ahhar snin, wara t-tmiem tal-Gwerra Bierda, il-Fond, qieghed kull ma jmur jizviluppa billi jadatta aktar ruhu mall-htigijiet ta' l-Istati membri. Fil-fatt qeghda tinghata aktar importanza lill-finanzjament ta' progetti li joholqu l-impjiegi fid-dawl tal-problemi ta' numru dejjem akbar ta' haddiema bla xoghol fl-Ewropa, kif ukoll bid-dhul ta' Stati membri godda fi hdan il-Kunsill ta' l-Ewropa.

Barra minn hekk, fl-ahhar Summit tal-Kunsill ta' l-Ewropa ta' Ottubru 1997, il-mexxejja ta' l-Istati membri heggew lill-Fond sabiex izid l-isforz ta' investiment tieghu fil-qasam socjali u tal-holqien ta' l-impjiegi.

B'rispons ghal din it-talba il-Fond ghall-Izvilupp Socjali diga' ha mizuri sabiex jaggorna u jwessa r-regoli tieghu fl-oqsma msemmija.

L-ATTIVITA TA' MALTA FIL-FOND

Fil-passat Malta nghatat u ghadha tibbenefika minn self approvat ghall-progetti tal-bini ta' djar mill-Gvern. Fil-fatt hafna mill-housing estates tal-Gvern ittellghu bis-sahha ta' self moghti b'rati agevolati mill-Fond lill-Gvern Malti.

Fil-laqgha tal-15 ta' Mejju 1998, il-Fond ghadu kemm laqa' applikazzjoni mill-Gvern Malti sabiex jizdied il-finanzjament fuq il-progett ta' l-isptar il-gdid ta' tal-Qroqq, minn LM12-il miljun lira ghal LM26 miljun lira; zieda netta ta' LM14 miljun lira.

Hemm ukoll il-possibilta` li l-facilita` ta' 24.5 miljun Dollaru Amerikan, li diga` gew moghtija mill-Fond ghall-Izvilupp Socjali lill-Gvern Malti fl-1988 u li ma gew qatt utilizzati, issa jistghu jigu direttati ukoll ghall-bini ta' dan l-isptar. Fil-fatt, il-Gvern Malti diga` ghamel talba lill-Fond biex issir din il-modifika.

Il-progett ta' l-isptar ghandu l-ghan li jgholli l-livell tas-servizzi sekondarji u terzjarji fil-qasam tas-sahha. L-isptar ser ikollu kapacita' li jesa' 800 sodda bil-possibilita` li ssir estensjoni sabiex ikun jista' jesa' sa 1,000 sodda.

Ta' min isemmi wkoll, li f'Jannar ta' din is-sena, il-Fond laqa' applikazzjoni tal-Mid-Med Bank sabiex jiffinanzja l-iskema ta' l-Intraprizi ta' daqs Zghir u Medju. L-applikazzjoni tal-Mid-Med Bank giet approvata. Il-valur ta' dan is-self kien ilahhaq l-ammont ta' LM10 miljuni u certament ser ikun ta' ghajnuna siewja ghall-industrija Maltija.

TLETT MISSJONIJIET TAL-FOND MATUL 1997

Matul l-1997, tlett missjonijiet importanti mill-Fond ghall-Izvilupp Socjali tal-Kunsill ta' l-Ewropa gew Malta fuq aspetti differenti. Dawn kienu fil-qasam:

  1. Bankarju: Missjoni Teknika fi Frar kellha l-ghan li tevalwa u ssegwi mill qrib il-progett ta' l-Isptar il-Gdid

  2. Zvilupp ta' Progetti Godda: Saret zjara f'Gunju mill-Kap responsabbli ghall-Izvilupp tal-Fond, Mr Theodor IVANOV, sabiex jigu identifikati progetti godda fejn il-Fond jista` jghin kemm finanzjarjament kif ukoll teknikament.

  1. Governattiv: F'Dicembru, gie Malta l-Vici Gvernatur tal-Fond, Mr Ignacio GARRIDO. Filwaqt li Mr GARRIDO kkonferma l-impenn tal-Fond li jsahhah ir-relazzjonijiet mal-Gvern ta' Malta, hu kellu l-opportunita` li jiltaqa' ma' l-ghola awtoritajiet tal-Gvern u istituzzjonijiet finanzjarji Maltin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow