Ir-Roadshows ta' Maltacom plc ikomplu fl-Ewropa
Ir-roadshows tal-Maltacom Plc, biex ihajjru investituri barranin jixtru l-ishma tal-kumpanija, qed ikomplu f'pajjizi Ewropej wara li gew inawgurati f'Malta nhar il-Gimgha li ghaddiet mill-Prim Ministru, Dr Alfred Sant.
Flimkien mal-konsulenti taghhom, ic-Chairman tal-Maltacom Plc, is-Sur Tony M Meilaq u l-General Manager, is-Sur Joe Azzopardi, diga` kellhom laqghat f'Edinburgh u Parigi.
Ghada, l-Erbgha, il-laqghat ikomplu f'Ginevra u Zurich, l-Isvizzera, u l-Hamis u l-Gimgha ikomplu f'Londra, fejn se jkun prezenti wkoll il-Prim Ministru.
Il-Gvern se jipprivatizza 40 fil-mija ta' l-ishma ta' Maltacom Plc. Ghoxrin fil-mija se jinbieghu fis-suq domestiku u l-20 fil-mija l-ohra se jinbieghu barra minn Malta f'forma ta' Global Depository Receipts (GDRs). L-ishma se jkunu kkwotati kemm fil-Borza ta' Malta kif ukoll fl-iStock Exchange ta' Londra.
Il-gimgha d-diehla, r-roadshows ikomplu wkoll f'pajjizi ohra Ewropej u fl-Istati Uniti, f'Boston u New York.
L-applikazzjonijiet ghall-ishma lokali jifthu nhar il-Hamis, 11 ta' Gunju u jaghlqu fit-3 p.m. tat-Tnejn, 15 ta' Gunju, jew qabel skond id-domanda.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922