Johorgu l-Offerti ghall-Bini ta' appartamenti fil-Belt
Id-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar fi hdan il-Ministeru ghad-Djar ghadu kif hareg l-offerti ghall-bini ta' 28 appartament fil-Belt Valletta. Kuntratturi tal-bini qeghdin jigu mitluba jitfghu l-offerti taghhom ghall-bini 24 appartament fi Triq Sant'Ursola u l-bini ta' erba' appartamenti f'numru 91, fi Triq Merkanti. B'kollox dawn iz-zewg progetti mistennija jigu jqumu Lm525,900.
Fiz-zewg progetti se tinghata attenzjoni specjali biex kemm jista' jkun jigi ppreservat l-aspett originali tal-bini. Infatti meta saret l-applikazzjoni ghall-permess ghall-progett ta' Triq Sant'Ursula kien intlahaq qbil bejn il-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, is-Sur Alfred Portelli u l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex il-faccati tal-bini ezistenti jigu ppreservati u l-bini gdid isir fuq gewwa. Il-progett ta' Triq Merkanti qieghed jigi meqjus bhala progett ta' rijabilitazzjoni.
Dawn iz-zewg progetti mistennija jkomplu jtaffu mill-problema ta' housing li tezisti fil-Belt li hija fost l-aktar akuti fil-pajjiz. Infatti bhalissa quddiem id-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali, mill-Belt hemm 309 applikazzjoni pendenti ghal akkomodazzjoni alternattiva. F'dawn l-ahhar 18-il xahar 57 applikant mill-Belt inghataw akkomodazzjoni alternattiva.
Dawn il-progetti jaghmlu wkoll parti mill-programm nazzjonali ta' twaqqiegh ta' slums, rijabilitazzjoni u rigenerazzjoni ta' bini residenzjali mniedi mill-Ministeru ghad-Djar u Kunsilli Lokali. Dan il-programm jahseb ghal progetti bhal dawn f'diversi nhawi ta' Malta u li minnhom mistennija johorgu mal-230 post ta' abitazzjoni. Dan il-programm jigbor fih progetti fil-Belt Valletta, Bormla, l-Imsida, il-Furjana, il-Birgu, l-Isla, Hal Tarxien u progetti ohra li mistennija jitwettqu f' Haz Zabbar.
Il-Ministru Portelli f'kumment li ta qal li wara li jitlesta l-programm ta' twaqqiegh ta' slums, il-Ministeru tieghu jibda fazi gdida fejn l-enfasi tkun fuq rijabilitazzjoni u rigenerazzjoni. Fil-fatt progetti ta' rijabilitazzjoni u rigenerazzjoni diga' bdew jitwettqu fi Triq Sant' Ursula, il-Belt u Triq San Gwann, Bormla fejn gie deciz li l-faccati tal-bini jigu ppreservati.
Il-hidma tal-Ministeru f'dik li hi rijabilitazzjoni u rigenerazzjoni se tkun koncentrata l-aktar fiz-zona tal-Port il-Kbir jigifieri, il-Furjana, il-Belt u l-Kottonera u dan biex dawn l-inhawi jsiru attraenti wara snin ta' abbandun u telqa.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922