Is-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa zzur il-fabbrika Dowty O Rings
Waqt li zaret il-fabbrika Dowty "O" Rings u tkellmet mal-haddiema u l-management is-Sinjura Helena Dalli fahhret lill-kumpanija ta' l-investiment u s-support li din taghti lill-izvilupp tar-rizorsi umani permezz ta' l-edukazzjoni u t-tahrig . Id-Dowty 'O' Rings hija minn ta' quddiem f'dan il-qasam, tant li rebhet il-Quality in People Award.
Is-Sinjura Dalli tkellmet fuq il-kundizzjonijiet tax-xoghol u fuq ix-xoghol li nbeda mill-Gvern fuq l-amendi ghall-ligi li tirregola dawn il-kundizjonijiet, ic-C.E.R.A. Hija qalet li din il-ligi, li saret fl-1952, issa se tinghata xejra aktar umana u li tirrifletti ir-realtajiet socjali tal-lum. Tkellmet fuq il-htiega ta' kundizzjonijiet aktar flessibbli, biex il-haddiema jkunu jistghu jibbilancjaw ahjar ir-responsabbiltajiet taghhom fuq ix-xoghol ma' dawk fid-dar.
Is-Segretarja Parlamentari ghad-Drittijiet tan-Nisa semmiet ukoll il-White Paper li l-Gvern ghadu kif hareg fuq il-Vocational Education and Training, fejn hemm pjani fuq kif l-istudenti jigu ppreparati ahjar ghall-hajja tax-xoghol. Tkellmet fuq l-importanza li tissahhah il-komunikazzjoni bejn l-edukaturi u l-industrijalisti minhabba r-rabta li hemm bejn l-edukazzjoni u l-izvilupp nazzjonali. Hija qalet li hawn hafna tfajliet li ghadhom iharsu lejn l-impjieg taghhom bhala stop-gap bejn iz-zmien ta' meta huma johorgu mill-iskola sakemm jizzewgu, specjalment meta ma jkunx hemm bizzejjed motivazzjoni, involviment u training fuq ix-xoghol taghhom.
Is-Segretarja Parlamentari tkellmet ukoll fuq l-incentivi li l-Gvern qed joffri lill-industriji permezz tal-ligi ghall-izvilupp industrijali biex dawn jipprovdu is-servizz ta' childcare lill-impjegati taghhom.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922