"Telelink" bi prova mic-Centru tas-Swatar sac-Centru ta' l-Universita' f'Ghawdex
Il-Ministru minghajr Portafoll, l-Onor Joe Mizzi, il-bierah inawgura Centru ta' Tahrig tal-Maltacom. Waqt il-ftuh ta' programm ta' tahrig ghall-impjegati tal-kumpanija fic-Centru tas-Swatar, ic-Centru ta' l-Università f'Ghawdex seta isegwi direttament dak kollu li kien qed issehh, permezz ta' telelink li gie mwaqqaf bi prova.
Ghall-okkazjoni mic-Centru tal-Università f'Ghawdex ippartecipaw is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, l-Onor Dr Anton Refalo u il-Professur Lino Briguglio, id-Direttur tac-Centru tal-Università f'Ghawdex, b'mistoqsijiet miz-zewg nahat.
Huwa mahsub li iktar 'il quddiem, din is-sistema ta' link televisiva tigi installata b'mod permanenti fic-Centru tal-Università f'Ghawdex, sabiex ittejjeb it-taghlim u jizdied il-kuntatt bejn l-istudenti u il-lecturers fil-korsijiet mghallma fic-Centru. Vantaggi ohra li toffri din is-sistema huma li jistghu jsiru kuntatti anke ma' guest lecturers li ikunu Malta, fl-Università f' tal-Qroqq, u anke il-possibilità ta' kuntatti ma' Universitajiet barra minn Malta.
Ic-Centru tal-Università f'Ghawdex jahseb li dan is-servizz bit-telelink ikun jista' jigi mhaddem anke mid-Dipartimenti tal-Gvern, Korporazzjonijiet u entitajiet privati fix-xoghol taghhom.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922