Punti mid-diskors tal-Ministru Michael Farrugia waqt tqassim ta' certifikati lill-haddiema li ghamlu kors dwar l-igjene fl-ikel
"Il-kors li spiccajtu hu servizz gdid li qed jipprovdi l-Ministeru tas-Sahha permezz tal-'Food Safety Branch' tad-Direttorat tas-Sahha. Hu mezz iehor kif il-ministeru qed jikkontribwixxi sabiex, mhux biss jitnaqqas l-incidenza ta' food poisoning f'Malta, izda titjieb ukoll il-kwalita tar-rizors uman fl-industrija ta' l-ikel. Dan hu kontribut kbir lejn l-industrija tat-turizmu li qed tapprezza dan l-isforz u qed titlob lid-Dipartiment sabiex korsijiet bhal dawn isiru fil-lukandi u stabbilimenti ta' l-ikel ohra.
Diga saru f'diversi lukandi ta' klassi u hemm bzonn li dan is-servizz ikun aktar maghruf.
30 haddiem mill-kcina ta' San Vincenz ippartecipaw f'dan il-kors baziku ta' igjene fl-ikel.
Dawn il-haddiema gew maqsuma f'zewg gruppi sabiex ikun hemm aktar involviment u partecipazzjoni.
Min jahdem fl-ikel irid jifhem li l-igjene mhix biss indafa. Mhix biss apparat gdid. Izda hi dak kollu - drawwiet, proceduri u prekawzjonijiet li bihom l-ikel jigi protett minn kontaminazzjoni, li bihom ma nhallux il-mikrobi jimmultiplikaw u li nkunu kapaci neqirdu l-mikrobi li jaghmlu l-hsara.
F' istituzzjoni bhal din, fejn tridu titimghu eluf ta' residenti, ir-responsabbilta taghkom hi kbira, aktar u aktar meta dawn ir-residenti minhabba l-eta' u kundizzjoni taghhom, huma aktar suxxettibli ghall-infezzjoni u 'food poisoning'.
Il-kontenut tal-kors kien ikopri suggetti mportanti hafna. Il-kors kien immirat lejn dawk li jahdmu fil-catering tal-massa, jipprovdi mezz semplici u modern sabiex l-istaff isir aktar konxju tal-prekawzjonijiet u drawwiet necessarji sabiex l-ikel ikun bnin u minghajr periklu.
Il-kontenut tal-kors ikkoncentra fuq kif jigi mahzun u ppreparat l-ikel, fuq l-igjene personali u fuq l-importanza tal-kontroll tat-temperatura.
Ghandu jizgura li min jahdem fl-ikel jaghraf ir-rwol u r-responsabbilita tieghu sabiex jassigura igjene fl-ikel u l-evitar ta' mard trasmess mill-ikel.
Sadanittant tajjeb ukoll li wiehed ifakkar li l-F.M.S qed tigi utilizzata halli jsir assessment tal-kcejjen u t-tibdil li hemm bzonn li jsir fihom.
Hawnhekk tajjeb li nsemmi li d-dipartiment tas-Sahha b'mod specjali l-'Food Safety Branch' qed jahdem fil-qrib mal-F.A.O. Ricentament din l-organizazzjoni dinjija offriet lil-gvern ta' Malta programmi ta' training kif ukoll ta' apparat halli jissahhu l-facilitajiet investigattivi dwar il-'food safety'. Din l-offerta tilhaq ghal $ 103,000 sa l-ahhar ta' din is-sena.
Nawgura lil haddiema li dak li tghallmu jpogguh fil-prattika halli noffru servizz dejjem ahjar lic-cittadini."
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922