IL-PRIM MINISTRU DR. ALFRED SANT JINDIRIZZA L-KONFERNZA GENERALI TAL-UHM
‘L-AQWA INTERESS TAL-GVERN JIBQA’ TAL-HADDIEMA, PENSJONANTI, SELF-EMPLOYED U TAL-FAMILJI KOLLHA TAGHHOM’
Il-Prim Ministru lill-UHM
Il-Prim Ministru Alfred Sant illum asserixxa li fil-hidma kollha li qed issir mill-Gvern li qieghed imexxi, l-aqwa interess se jibqa’ dejjem dak tal-haddiema u l-impjegati, tal-pensjonanti, tas-self-employed zghar onesti u tal-familji kollha taghhom. Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant illum indirizza l-Konferenza Generali tal-Union Haddiema Maghqudin u tkellem dwar l-isfida li ghandna quddiema bhala socjeta` li tikber l-ekonomija li minnha biss jistghu jizdiedu l-impjiegi produttivi, minnha biss jista’ jirrizulta titjib fil-kundizzjonijiet tax-xoghol u t-titjib fil-qaghda socjali tal-haddiema u tac-cittadini taghna.
Il-Prim Ministru qal li l-ghazliet li qed naghmlu fir-relazzjonijiet li rridu jkollna ma’ l-Unjoni Ewropea qed naghmluhom biex insostnu r-ritmu tal-holqien ta’ l-impjiegi fil-gzejjer Maltin. Il-Prim Ministru cahad il-kritika ta’ min jghid li bhalissa qed nidhlu biss ghall-pizijiet minghajr ma nibbenefikaw mill-hekk imsejha vantaggi ta’ shubija shiha. Shubija shiha fl-Unjoni Ewropea tfisser il-qerda tal-biedja Maltija. It-thaddim fostna tal-politika agrikola komuni ta’ l-U.E. iggib maghha zjieda fil-prezzijet tal-prodotti ta’ l-ikel li nimportaw minn barra. Bi shubija shiha fl-U.E. jkollhom joghlew il-pagi fil-fabbriki u l-lukandi taghna. B’pagi oghla, l-ispiza tal-prodotti tal-fabbriki u l-ispiza tal-vaganzi f’lukandi u fir-ristoranti Maltin bil-fors tizdied, b’theddida ghall-bejgh barra li naghmlu.
Bir-regoli ta’ min jissieheb fl-Unjoni Ewropea, qal il-Prim Ministru, hemm il-bidliet li jkollhom jiffaccjaw is-self-employed iz-zghar. B’dawn ir-regoli jigu nies bis-snajja’ taghhom mill-Unjoni Ewropea li jehdulhom xogholhom f’pajjizhom stess. Bi shubija shiha fl-U.E. hemm ir-realta` li cittadini Ewropej jigu joqoghdu u jahdmu f’Malta bl-akbar liberta`. Ikollna naccettaw f’kollox standards ta’ l-Unjoni Ewropea, anke jekk ma jkunux jghoddu ghalina.
.../...
Il-Prim Ministru qal li b’zona ta’ kummerc hieles ma’ l-Unjoni Ewropa se nkunu qeghdin b’metodu iffokat u serju, nibdlu dak li ghandna nibdlu biex inkunu socjeta` moderna, minghajr ma npoggu fuq is-socjeta` taghna pizijiet mifruxa u zejda li ma tistax tiflah minghajr ma tirrikorri ghall-qghad.
Aktar ma jghaddi zmien u aktar ma nibqghu nistriehu fuq l-impjiegi protetti li joperaw biss fis-suq lokali, aktar l-ispiza ta’ produzzjoni taghhom mhix se tkun kompetittiva.Dan ikompli jservi biex jgholli l-livell tal-prezzijiet fostna. Din hija l-isfida strategika li ghandu quddiemu l-mudell Malti ta’ zvilupp. Jehtieg li nsostnu u nattiraw investiment gdid dirett f’hidmiet produttivi ghal pajjizna.
Il-Prim Ministru qal li fl-isforz mehtieg ta’ ristrutturazzjoni, il-Gvern irid jiehu rwol ewlieni ta’ appogg u sostenn. Il-mexxejja ta’ l-azjendi infushom iridu juru vizjoni u sens ta’ inizjattiva. U r-rapprezentanti tal-haddiema irid ikollhom il-hin kollu lehen kostruttuv u effettiv fi process ta’ konsultazzjoni ghaddejja l-hin kollu.
Il-Prim Ministru tkellem dwar it-triq li biha ninkoraggixxu l-investiment dirett gdid. Hawnhekk il-Gvern qed ihalli f’idejn il-privat investimenti kbar li jistghu jqawwu l-potenzjal produttiv tal-pajjiz bhal yacht marina fil-Kottonera, il-cruise liner fil-Port il-Kbir, il-bni tas-sit tat-Teatru Rjal li mistennija jwessghu l-bazi produttiv tal-pajjiz fil-qasam tas-servizzi.
L-isfida biex ir-rata ta’ holqien ta’ impjiegi f’pajjizna terga’ ssir wahda qawwija tintlahaq billi nassiguraw tmexxija tal-gvern aktar efficjenti u li jinbidlu l-istrutturi ta’ l-industrija Maltija biex naghmluhom kompetittivi taht kundizzjonijiet ta’ kummerc hieles. Din l-istrategija ittejjeb l-holqien ta’ impjiegi sodi fostna u l-livelli ta’ solidarjeta` socjali li lkoll kemm ahna nemmnu fihom.
Il-Prim Ministru qal li dan jintrabat mal-htiega li naghtu prijorita` dejjem akbar lill-edukazzjoni. Fil-Budget ghas-sena 1997 u ghal dis-sena, diga` wrejna li se nkunu qed nattwaw dan l-impenn bil-fatti. Il-Prim Ministru qal li rridu naslu ghall-punt fejn l-imprizi kollha taghna jkunu kapaci jkabbru l-impjiegi taghhom u jtejbu l-livell tal-ghixien tal-haddiema billi jiffaccjaw il-kompetizzjoni moderna.
Il-Prim Ministru qal li jemmen li din l-isfida tista’ tintlahaq. Minkejja d-diffikultajiet li jistghu jinqalghu, il-poplu taghna kapaci jimmodernizza bil-kbir l-mod li bihom qala’ sa issa l-ghixien tieghu. Huwa fl-interess tan-nies tax-xoghol kollha kemm huma, li nassiguraw li l-bidliet mehtiega jsehhu b’riedu soda u b’vizjoni cara ghall-futur, temm jghid il-Prim Ministru.
Anness ma’ din l-istqarrija qed tintbaghat kopja tad-diskors shih tal-Prim Ministru.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922