Left arrow Go Back

Il-Ministru John Attard Montalto jiltaqa' mal-Ambaxxatur Taljan Riccio

PR0859
Date Icon 12/05/1998

Il-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto, kellu laqgha ta' kortesija ma' l-Ambaxxatur gdid ta' l-Italja f'Malta, l-E.T. Dott. Giancarlo Riccio. Matul din il-laqgha gew diskussi diversi suggetti ta' interess komuni b'emfazi specjali fuq ir-relazzjoni kummercjali u industrijali bejn iz-zewg pajjizi.

Huma tkellmu dwar l-izbilanc fil-kummerc bejn iz-zewg pajjizi li matul l-1997 lahhaq is-somma ta' Lm 163.2 miljun. Is-sena l-ohra pajjizna esporta b'kemm jiswew Lm 36 miljun prodott (li Lm 4 miljuni minnhom kienu re-exports). Malta tesporta lejn l-Italja zraben, hwejjeg, tessuti, electrical machinery u mechanical appliances. L-Ambaxxatur ikkummenta li l-izbilanc huwa kkumpensat sew bin-numru ta' turisti Taljani li ta' kull sena jzuru Malta. Matul l-1997, 90,190 turist Taljan zar Malta.

Il-Ministru rrefera ghad-diversi kumpaniji b'investiment taljan li joperaw minn Malta. Fost dawn hemm l-SGS-Thompson (semi-conductors), D I Ltd. (electronic point-of-sale terminals), International Shoe (zraben), Itala Gold (deheb u gojjellerija), Castellana (denim jeans), Elsacom (satellite communication installations), ERO Electronic Ltd. (smart temperature controllers, universal calibrators, digital programmable indicators), Malta Construction Machinery (makkinarju ghall-ipprocessar tal-frott), Nylon Knitting (nylon yarn and fabrics) u Malta International Foods Ltd. (processar tal-hut).

Il-Ministru semma wkoll li matul l-1997 l-MDC kienet approvat ghaxar progetti li fihom investiment taljan. Minn dawn l-ghaxar progetti, tmienja kienu progetti godda u tnejn kienu espansjonijiet. Il-progetti godda kienu:

Blaschem; Prodotti kimici

DEF/Ramidia Ltd.; Printed circuit boards

Gibertini Srl; High precision scales

Sepran (M) Ltd.; Insetticidi, fungicides etc.

Test One Ltd.; Anti-scaling devices, plastics

Eurofarm (M); Medical bandages etc.

Ecotech Ltd.; Water purification units

Pier Francesco Pileri Motor Bikes; Competition bikes

Fl-istess perjodu, D I Ltd. u ERO Electronics (M) Ltd. kellhom l-espansjoni taghhom appovata.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow