Left arrow Go Back

Jirbah Lm50,000 bil-Lotterija ta' l-Ircevuta Fiskali

PR0856
Date Icon 12/05/1998

Dalghodu, f'cerimonja qasira li saret fid-Dipartiment tas-CET f'Birkirkara, is-Sur Joseph V Borg gie pprezentat premju ta' Lm50,000 mis-Sur Joseph Portelli, Direttur Generali tas-CET.

Is-Sur Borg, li huwa minn San Pawl il-Bahar, rebah din is-somma bl-ircevuta li kellha numru ta' registrazzjoni 12190432, li telghet fis-16 ta' April. L-ircevuta kienet ghal xirja li s-Sur Borg ghamel nhar it-2 ta' April 1998, minghand bejjiegh tal-haxix li jarma bil-vann f'San Pawl il-Bahar u Bugibba.

Biex ircevuta tkun wahda rebbieha din trid turi kumbinazzjoni tajba tan-numru tar-registrazzjoni tal-bejjiegh jew stabbiliment, il-gurnata tax-xahar, u ammont ta' centezmi li jkun jaqbel ma' wiehed mill-ghaxar ammonti ta' centezmi estratti mis-sistema kompjuterizzata. Il-lotterija titla' darbtejn fix-xahar.

Din ta' llum kienet ir-raba' darba li ntrebhet din il-lotterija. B'kollox s'issa tqassmu Lm200,000 fi premjijiet.

F'diskors qasir ta' l-okkazjoni, is-Sur Joseph Portelli ferah lis-Sur Borg, filwaqt li heggeg lill-konsumaturi biex jezercitaw id-dritt taghhom li jinghataw ircevuta fiskali. B'hekk, mhux biss ikunu qed ighinu biex tonqos l-evazjoni, izda jkollhom ic-cans jippartecipaw u jirbhu f'din il-lotterija.

L-ewwel lotterija li ntrebhet kienet dik tas-16 ta' Ottubru 1997 meta Lm80,000 inqasmu bejn 23 rebbieh. Fit-3 ta' Novembru, imbaghad, disa' rebbieha qasmu bejniethom Lm10,000. Fl-4 ta' Frar ta' din is-sena, l-ammont rebbieh tela' ghal Lm60,000. Dakinhar, ir-rebbieha kienu erbgha. B'hekk sal-lum kull premju kellu jinqasam bejn ghadd ta' rebbieha. Il-lotterija tal-lum kienet l-ewwel wahda fejn rebbieh wiehed ha l-premju kollu ghalih.

Barra din il-lotterija konnessa mal-ircevuti fiskali tal-cash register, id-Dipartiment jiehu hsieb jorganizza wkoll lotterija ohra konnessa ma' l-ircevuti fiskali mahruga bl-idejn. Din il-lotterija ghandha premju fiss ta' Lm5,000 u titla' darba fix-xahar. S'issa diga` rebhuha sebgha min-nies biex bejniethom rebhu s-somma ta' Lm35,000.

Id-Dipartiment ifakkar li kull min ikollu bzonn taghrif dwar il-lotterija jista' jcempel fuq telefon 499330-4, jew freephone 160, waqt il-hinijiet ta' l-ufficcju.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow