Inawgurata wirja fil-Librerija pubblika mis-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex
L-Onor Dr Anton Refalo Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex inawgura wirja fil-Librerija Pubblika f'Ghawdex bl-isem ta' 'Ghawdex Taht il-Francizi'.
Ghal din l-okkazjoni sar programm ta' tifkira fejn inqraw diskorsi fuq l-istess tema minn diversi kelliema studjuzi ta'l-istorja ta' Ghawdex, fosthom is-Sur Anton F Attard u Dr Joe Debono. Saret anke rapprezentazzjoni ta' kopji ta' manuskritti u dokumenti relatati mal-hakma tal-Francizi lil-Librerija.
Fid-diskors tieghu l-Onor. Anton Refalo qal li Ghawdex heles mill-Francizi fi zmien 141 gurnata biss, u ghal xi zmien Ghawdex kien pajjiz indipendenti taht it-tmexxija ta' l-Arcipriet Saverio Cassar. Din il-grajja tghin liz-zghazagh taghna jiftakru minn x'hiex ghaddew l-antenati taghna, biex qeghdin ingawdu l-libertà u l-helsien li ghandna llum. L-Onor Refalo zied jghid li fi hdan is-Segretarjat tieghu twaqqaf Kumitat sabiex jitfakkru b'mod xieraq u dinjituz, dawn il-grajjiet patrijottici ta' niesna ta' mitejn sena ilu.
Il-Wirja se tkun miftuha ghall-Pubbliku sat-30 ta' Gunju 1998.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922