Left arrow Go Back

Serata Muziko-Letterarja f'gieh Guze' Aquilina

PR0846
Date Icon 11/05/1998

Il-hajja u x-xoghol letterarju tal-Professur Ghawdxi Guzè Aquilina gie mfakkar bi programm ta' muzika u letteratura, organizzat mill-Kunsill tal-Kultura, fi hdan is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, fis-Sala tal-Wirjiet fir-Rabat, Ghawdex.

F'din is-serata kommemorattiva, sar qari ta' proza u siltiet awtobijografici dwar iz-zmien ta' tfulija ta' Guzè Aquilina mill-kotba Mill-frak tat-tfulija, Mil-lemhiet ta' kittieb, Taht Tliet Saltniet, u Mill-hsus ta' Nisrani. Saret rapprezentazzjoni mid-dramm ta' l-istess awtur L-Ikkundannata, mill-istudenti tal-iSkola tad-Drama fin-Nadur, taht id-direzzjoni tas-Sur George Mizzi. Indaqqu ukoll siltiet muzikali miz-zghazagh George Farrugia u Mario Farrugia fuq il-klarinett u il-pjanu, mix-xoghol ta' Wolfgang Amadeus Mozart, b'arrangamenti ta' Colin Cowles.

Fid-diskors tal-gheluq, l-Onor Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo fakkar fil-personalità kbira tal-mibki Professur Guzè Aquilina, li bhala wlied Ghawdxi ghamel gieh lill-gzira u lill-ilsien Malti, tas-sehem u l-hidma tieghu fil-qasam letterarju. Dr Refalo zied ighid li s-Segretarjat tieghu jappoggja talenti fl-oqsma ta' l-arti, il-letteratura u l-muzika, li jizviluppaw fostna. Konformi ma dan, is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, is-sena li ghaddiet, nieda skema ta' ghajnuna ghal artisti Ghawdxin u li se tkun sostnuta anke din is-sena.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow