Left arrow Go Back

Fiducja kbira minn Investituri barranin f'investiment garantit mill-Gvern Malti: Finanzjament internazzjonali ta' 250 miljun dollaru ghal Freeport Terminal

PR0842
Date Icon 09/05/1998

Investituri kbar mill-iStati Uniti u mill-Ewropa wrew entusjazmu kbir fil-hrug ta' bonds ghall-valur ta' 250,000,000 dollaru fis-suq internazzjonali mil-Freeport Terminal (Malta) p.l.c. Delegazzjoni tal-Gvern Malti immexxija mill-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija l-Avukat John Attard Montalto fil-jiem li ghaddew kienet Londra , New York, Boston, Houston, Hartford u Los Angeles li matulha diversi investuturi kbar urew ix-xewqa li jiltaqghu mad-delegazzjoni Maltija. Dawn l-investituri kienu jinkludu lil Fiduciary Trust, Dean Witter Intercapital, Harvard Management Company, Capital Research, Metropolitan West, Hotchkiss & Wiley, Wells Capital Management, Transamerica Investment Services, Filin Corporation, TIG Holdings, Back Bay Advisors, John Hancock Funds, Blackrock Financial Management, Federated Investors, FSA, Invesco, Maryland Retirement Agency, MBIA AMBAC, Reliance Insurance, PIMCO, Teacher Retirement System of Texas, American General Coporation, u Weiss Peck & Greer.

Il-delegazzjoni kienet tinkludi wkoll lis-Sur Marin Hili, Chairman tal-Freeport Terminal, lis-Sur Alfred Mifsud bhala Konsulent Finanzjarju, lis-Sur Reynold Portelli, Senior Manager - Finanzi, tal-Freeport, u lil Dr. Aron Mifsud Bonnici mill-Ministeru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija.

Dawn il-bonds, li jgorru l-garanzija tar-Repubblika ta' Malta, gew offruti barra minn Malta u gew milqugha b'mod favorevoli hafna mill-investituri. Fil-fatt, it-talba ghall-bonds qabzet sew is-somma ta' US$ 250 miljun li nharget fis-suq internazzjonali mill-Freeport u lahqet is-somma ta' nofs biljun dollaru, jigifieri aktar mid-doppju tas-somma mitluba. Il-Ministru Attard Montalto kkummenta: "L-investituri rreagixxew b'entusjazmu kbir u raw il-Freeport bhala investiment sod.

Aktar minn hekk, l-investituri wrew fiducja shiha fil-politika ekonomika ta' Malta. Dan johrog car mill-fatt li l-bonds huma garantiti mir-Repubblika ta' Malta -
l-investituri qed iharsu lejn Malta bhala pajjiz stabbli fuq il-livell socjo-politiku u li ghandu ekonomija li qeghda tikber b'rata gholja f'kuntest ta' inflazzjoni kontenuta."

Il-bonds inhargu ghal 30 sena u jimmaturaw fil-15 ta' Mejju 2028. It-transazzjoni kienet immaniggjata minn zewg banek principali mill-iStati Uniti, Bear Stearns & Co. u BT Alex. Brown International.

B'din it-transazzjoni gie ffinanzjat mill-gdid bond ta' 205 miljun dollaru li kien inhareg mill-Freeport fl-1994. Dan il-bond, li kien fuq perjodu ta' 15 -il sena u li kien jinkludi 5 snin moratorium, kellu rata ta' imghax ta' 7.50%. Min-naha l-ohra, l-hrug tal-bonds il-godda issa hu ghal perjodu ta' 30 sena bir-rata ta' 7.25%. Mhux biss, izda l-bond il-gdid huwa maghruf bhala 'bullet bond', li jfisser li matul it-30 sena jithallas biss l-imghax.

It-talba ghal dawn il-bonds kienet id-doppju ta' l-ammont mahrug, tant li dawn il-bonds gibdu premium fil-prezz hekk kif bdew jinbieghu fis-suq sekondarju. Jidher, ghalhekk, li Malta assorbiet minghajr dannu id-downgrade ricenti ta' Moody's u l-investituri internazzjonali huma konvinti li l-mizuri korrettivi li qed jiehu l-Gvern Malti huma effettivi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow