Studenti Maltin jattendu ghal loghob organizzat mill-Island Sports School Federation (ISSF) fil-gzira ta' Jersey
Grupp ta' disa' studenti minn tliet skejjel specjali, attendew ghal gimgha ta' attivitajiet sportivi, gewwa l-gzira ta' Jersey.
Dawn l-istudenti jattendu l-iskejjel specjali ta' 'Santa Marija Day School', Msida; 'Dun Manwel Attard', Wardija; u l-'Guardian Angel', Hamrun. Il-grupp kien maghmul minn Mario Grixti, Karl Borg, Joseph Pace, Philip Attard, Franco Spiteri, Giorgina Abela, Louis Farrugia, Romina Saliba u Marushka Falzon. Jakkumpanjaw lil dawn iz-zaghzagh kien hemm tliet ghalliema. Il-Grupp kien immexxi minn George Borg, li huwa wkoll membru fl-ezekuttiv tal-Federazzjoni, minn Anthony Galea u minn Carmen Xuereb.
Din is-sena l-istudenti Maltin gew it-tieni kemm fil-'Inter Island Sports Drill' u fit-'Tug of War' u t-tielet fil-'Bowling'. L-istudenti hadu sehem ukoll f'diversi dixxiplini sportivi ohra li ma kinux kompettitivi. L-organizzaturi, kif ukoll il-coaches kellhom kliem ta' tifhir dwar l-atleti Maltin. Karl Borg u Romina Saliba inghataw trofew ghall-progress li huma ghamlu waqt il-loghba tal-Badminton.
Barra minn attivitajiet sportivi l-atleti Maltin kellhom ukoll attivitajiet kulturali kif ukoll socjali. Huma kienu mistiedna ghal riceviment fit-Town Hall, moghti mis-Sindku ta' St Helier. L-istudenti Maltin hadu sehem fi Scavenger Hunt waqt li kienu qed izuru diversi postijiet madwar il-gzira.
Malta ilha tiehu sehem f'dawn l-attivitajiet ta' l-'Island Sports School Federation' mill-1998 u z-zghazagh Maltin dejjem qatghu figura tajba. Ta' min isemmi li Malta rebhet l-'Inter Island Sports Drills' tliet darbiet, fl-1991 (Guernsey), 1996 (Gotland), u 1997 (Malta).
Malta ospitat dan il-loghob darbtejn fl-1992 u fl-1997. Din is-sena l-loghob kien organizzat mill-Jersey Sports Association for the Disabled (JSAD).
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922