Tinghata licenzja ghal Kura Intensiva lill-Isptar Capua Palace
"Il-politika tal-Gvern Malti hija li l-isptarijiet tal-Gvern u s-servizzi tas-sahha li joffri l-Gvern ikunu l-aqwa fil-pajjiz." Dan qalu l-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia, waqt li pprezenta l-licenzja sabiex l-iSptar Capua Palace ikun jista' jhaddem it-taqsima tal-kura intensiva.
Il-Ministru Michael Farrugia sostna li s-settur privat jigi nkoraggit dment li jilhaq il-livelli issettjati mid-Dipartiment tas-Sahha. Huwa qal li l-Gvern qed jikkopera mas-settur privat fejn ghandu x'jaqsam mas-sahha u kura ghall-anzjani.
Il-Ministru Michael Farrugia semma li f'Jannar ta' l-1997 fl-iSptar Capua kienu saru 20 operazzjoni tal-qalb meta fl-iSptar San Luqa kien hemm problema ta' nuqqas ta' sodod fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Dakinhar it-taqsima tal-kura intensiva fil-Capua kienet qed topera b'licenzja temporanja. Ftit xhur wara, fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-iSptar San Luqa zdiedu zewg sodod, sabiex issa hemm 13-il sodda. Huwa qal ukoll li hemm koperazzjoni mal-privat anke fuq xiri jew kiri ta' servizzi, u semma bhala ezempju d-dar ta' l-anzjani taz-Zejtun.
Din id-dar hija propjeta' tal-Gvern izda mmexxija mill-privat wara kuntratt li sar mal-Fondazzjoni ghas-Servizzi Medici. Huwa semma wkoll is-servizz tal-Magnetic Resonance Imaging (MRI) li s-servizz tieghu qieghed jinxtara mill-privat ukoll. Dan is-servizz lic-cittadini Maltin u Ghawdxin iwassal biex il-pazjenti jibqghu hawn Malta mal-familja u b'hekk jigu iffrankati kemm l-ispejjez kif ukoll l-iskarigg li kieku dawn kellhom isiefru.
Il-Gvern qieghed jinvesti Lm100 miljun lira Maltija fi sptar gdid ghac-cittadini, u b'investiment fit-taghmir ta' l-ahhar teknologija. Il-Ministru Farrugia qal li l-ambjent li jkun fih il-pazjent jghin hafna sabiex flimkien mal-kura li tinghata, wiehed ihossu ahjar fl-iqsar zmien.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-hospital planners bdew jahdmu fuq l-awditjar tal-medical brief u jaghmlu design brief ta' l-isptar il-gdid f'Tal-Qroqq. Filwaqt li fil-jiem li gejjin se jithabbar min se jkunu d-designers teknici li se jestendu s-servizzi minhabba li l-isptar se jkun hafna akbar, kif ukoll jirrangaw l-izbalji li kien hemm fil-pjanti originali ta' l-isptar.
Il-Ministru Michael Farrugia, filwaqt li awgura lid-dirigenti ta' l-iSptar Capua Palace success ghall-futur, ipprezenta l-licenzja ghat-thaddim tat-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-istess sptar.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922