Prezentazzjoni ta' cekk lill-Fond ta' Ricerka Lingwistika
Sa l-ahhar ta' din is-sena ghandu jigi ppublikat l-ewwel volum ta' dizzjunarju mill-Ingliz ghall-Malti tal-Professur Guze' Aquilina. Huwa ttamat li t-tieni volum jitlesta fi zmien qasir qabel is-sena elfejn.
Dan thabbar illum waqt ghotja ta' erbat elef u sitt mitt lira lill-Fond Ta' Ricerka Lingwistika mill-Ministeru ghall-Edukazzjoni u Kultura Nazzjonali, Evarist Bartolo.
Id-Dizzjunarju, mibni mill-Professur Aquilina, qed jitkompla minn membri tal-Fond Ta' Ricerka Lingwistika.
Il-membri huma Joe Felice Pace, Alfons Farrugia, Miriam Galea bint il-Professur, martu Bice u Marianne Calleja, li kienet segretarja mal-Professur Aquilina meta kien ghadu haj.
Il-Professur Aquilina bena d-dizzjunarju fuq il-Concise Oxford Dictionary, madankollu ma lahaqx lestieh.
Id-dizzjunarju li se jkun fih madwar elf u tmien mitt pagna kull volum, u aktar minn mija u ghoxrin elf kelma, tkompla mill-membri tal-Fond wara l-mewt tal-Professur Aquilina.
Il-Ministru Evarist Bartolo qal li dan huwa mod kif nistghu ngibu l-quddiem il-wirt kulturali ta' pajjizna.
Qal ukoll li l-gvern leset jappoggja u jaghti rikonoxximent ghal xoghol kulturali bhal dan.
Il-membri tal-Fond qalu li wiehed mill-progetti ghall-futur huwa rivizjoni tad-dizzjunarju tal-Professur Guze' Aquilina mill-Malti ghall-Ingliz.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922