L-Awtorita' tad-Djar ixxandar il-punti ta' l-applikanti taht Avviz Numru 62
L-Awtorita' tad-Djar, minn nhar l-Erbgha, 6 ta' Mejju 1998, se xxandar il-listi bil-punti li gabu dawk li applikaw biex jixtru wiehed mid-69 post li harget taht Avviz Numru 62. Dawn il-postijiet kienu hargu fi Frar li ghadda. Il-listi se jkunu ghall-wiri fil-'Habitat Room' ta' l-Awtorita' tad-Djar, f'Binja Filippo Sciberras, Misrah Filippo Sciberras, il-Furjana u f'Ghawdex, f'25, Triq Enrico Mizzi, ir-Rabat. Il-listi se jkunu ghall-wiri bejn it-8.30 ta' fil-ghodu u nofs inhar u bejn is-2.00 u l-4.00 ta' wara nofs inhar.
Dawk l-applikanti li ma jaqblux mal-punti li gabu jew ma' xi decizjoni ohra moghtija jistghu joggezzjonaw fuq formola apposta, li tista' tinkiseb mill-Awtorita' tad-Djar u dan fi zmien sebat ijiem ta' xoghol, minn nhar l-Erbgha, 6 ta' Mejju. Ma tigi kkunsidrata ebda oggezzjoni wara l-15 ta' Mejju 1998.
Taht l-Avviz Numru 62 kienu applikaw 520 applikant, li minnhom 377 kienu diga' applikaw taht avvizi li hargu qabel. Dan l-ghadd kien ferm inqas mill-ghadd ta' applikanti li kienu applikaw taht l-avvizi ta' qabel. Infatti kien hemm 385 applikanti anqas mill-applikanti taht Avviz Numru 61 u 569 anqas minn dawk li applikaw taht Avviz Numru 60.
Taht l-Avviz Numru 62 kienu hargu ghall-ewwel darba 18-il maisonette ghall-bejgh fuq il-pjanta f'Ghawdex. Din kienet it-tieni harga f'Ghawdex taht il-Gvern prezenti. Qabel dawn iz-zewg hargiet, il-Gvern precedenti kien ilu hames snin ma johrog postijiet f'Ghawdex.
Mid-69 post li hargu, 33 huma appartamenti, 23 maisonettes u 13 huma cluster houses. Il-maisonettes u l-cluster houses ghandhom il-garaxx maghhom. Dawn il-postijiet kienu nhargu ghal kategoriji li ghandhom htigijiet socjali.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922