Is-settur tal-manifattura tal-hwejjeg izid l-esportazzjoni
Minkejja l-kompetizzjoni internazzjonali fis-settur tal-manifattura tal-hwejjeg, fl-1997 dan is-settur wera zieda fl-esportazzjoni ta' aktar minn hamsa fil-mija fuq is-sena ta' qabel. Dan habbru l-Ministru ghall-Affarijiet Ekonomici u Industrija, Dr. John Attard Montalto, waqt zjara li ghamel illum fil-fabbrika ta' Peter Blond International Ltd. f'Santa Venera.
Kumpaniji fis-settur tal-hwejjeg digà bdew jirristrutturaw l-operazzjonijiet taghhom. Bis-sahha ta' dan, filwaqt li fl-1996 l-esportazzjoni ta' hwejjeg manifatturati Malta lahqet it-Lm58.3 miljun, is-sena l-ohra pajjizna esporta b'kemm jiswew Lm61.4 miljun fi hwejjeg. Il-Ministru Attard Montalto qal li din iz-zieda ta' aktar minn Lm3 miljun hija sinjal li l-produtturi ta' hwejjeg f'Malta qed jirnexxielhom jikkompetu b'success fuq livell internazzjonali.
Dr. Attard Montalto kompla li l-imprendituri f'Malta jridu "jkomplu jsahhu b'mod sostenibbli l-operazzjonijiet taghhom halli jzommu prezenza kompetittiva fis-swieq internazzjonali. Dan ifisser li kumpaniji Maltin iridu jinvestu fit-tahrig tar-rizorsi umani, f'sistemi ta' kwalità, fir-ricerka u l-izvilupp, fit-teknologija, fl-informazzjoni tas-suq u fl-izvilupp manigerjali."
Il-kumpanija Peter Blond Int. Ltd. bdiet topera sebghin sena ilu taht l-isem ta' Arnold Manufacturing Ltd. Kienet tipproduci qomos ta' l-irgiel u aktar tard matul it-Tieni Gwerra Dinjija bdied tipproduci boiler suits. Sa mill-1987 din il-kumpanija saret mija fil-mija family concern. Peter Blond Int. Ltd. illum tipproduci hwejjeg casual u thaddem 140 ruh.
Il-kumpanija ghandha sussidjarja taghha fir-Renju Unit li taghmel fabric research, garment design u marketing u tbiegh il-prodotti taghha fi hwienet popolari bhal Next, British Home Stores, Marks & Spencer u ASDA.
L-imprendituri tat-tessuti f'Malta gharfu li sabiex jikkonsolidaw il-pozizzjoni taghhom u jespandu jridu jikkoncentraw fi hwejjeg u tessuti ta' l-oghla kwalità. Il-fatt li f'Malta jigu manifatturati prodotti ghall-aqwa djar tal-moda fl-Ewropa jindika li minkejja l-kompetizzjoni harxa f'dan il-qasam, l-imprendituri li joperaw f'Malta irnexxielhom jippenetraw dan in-niche market b'success.
Il-Ministru Attard Montalto stqarr li ftit huma dawk li huma konxji li hafna hwejjeg b'isem internazzjonali u li jinbieghu fl-aqwa stabbilimenti fl-Ewropa huma manifatturati f'pajjizna. Huwa qal li: "Il-kalibru tal-haddiem Malti, il-kuragg u d-determinazzjoni ta' l-imprendituri, u l-kreazzjoni mill-Gvern ta' ambjent pozittiv ghall-manifattura, huma l-ingredjenti tas-success industrijali ta' pajjizna."
F'din l-okkazjoni il-Ministru Attard Montalto wassal ix-xewqat tieghu lill-haddiema kollha fil-gzejjer Maltin ghal Jum l-Ewwel ta' Mejju.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922