Il-Ministru Michael Farrugia iniedi l-Kampanja: Ahseb minn Qabel
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja Dr Michael Farrugia, dalghodu nieda kampanja 'Ahseb minn Qabel'.
Din il-kampanja ser tkun mifruxa fuq prevenzjoni ta' incidenti li jistghu jinqalghu kemm waqt il-hin tax-xoghol, fil-hin tad-divertiment, kif ukoll fit-toroq u d-djar tac-cittadini Maltin u Ghawdxin. Il-kampanja 'Ahseb minn Qabel' hija msemmija apposta ghaliex bi ftit hsieb jistghu jigu evitati hafna mill-incidenti li jsiru.
Il-Ministru Michael Farrugia qal li din il-kampanja ser kun immirata ghal eta' varja, u ser tikkonsisti kemm fi programmi qsar kif ukoll fi spots fuq it-televizjoni. Hafna mill-kazi t'incidenti kemm fid-djar kif ukoll barra u fuq il-post tax-xoghol jispiccaw hafna drabi fid-Dipartiment tal-Emergenza u fic-Centri tas-Sahha ghall-kura.
Huwa sahaq hafna fuq l-importanza ta' prevenzjoni u sostna li l-kampanja se tkun wahda edukattiva. Huwa semma kazi ta' incidenti fid-djar, kif ukoll ohrajn fuq il-postijiet tax-xoghol li jistghu ikunu facilment evitati. Huwa semma wkoll kif hafna drabi minnhabba nuqqas ta' hsieb ikun hemm kazijiet bi sfregju permanenti u sahansitra wkoll dizabilta'.
It-Tabib Farrugia semma ukoll kif l-anzjani huwa aktar facli li jkorru minnhabba xi dizabilta' ikkagunata bl-eta'. Hawnhekk huwa semma kif l-anzjani jkunu assessjati minn occupational therapists u social workers apposta. Fl-isptar Zammit Clapp, l-anzjani jkunu jistghu jaghmlu rijabilitazzjoni wara xi korrimenti.
Huwa appella sabiex il-media twassal il-messagg, halli d-divertiment ikun divertiment bla periklu, u kulhadd jobdi r-regolamenti ezistenti. Hafna mir-regolamneti qieghdin hemm biex jipprotegu lic-cittadini minn incidenti. Hawnhekk huwa semma l-uzu tas-seatbelt u apparat iehor li jipprotegi s-sahha, kif ukoll li hadd m'ghandu jixrob alkohol jew jiehu droga u jsuq.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922