L-ewwel laqgha tal-Kunsill Generali tas-Sahha f'Ghawdex
Fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex saret l-ewwel laqgha tal-Kunsill Generali tas-Sahha f'Ghawdex. F'dan il-Kunsill hemm fost l-ohrajn rapprezentant tal-Kunsilli Lokali, rapprezentant ta' l-Assocjazzjoni Medika ta' Ghawdex, rapprezentanti tal-MUMN, tal-GWU u l-UHM u rapprezentant tal-konsumaturi. Chairman ta' dan il-Kunsill huwa l-Onor Dr Anton Refalo Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex.
Fost il-funzjonijiet ewlenin tieghu dan il-Kunsill se jkollu dik li jaghti pariri u jissuggerixxi lill-Gvern fuq decizjonijiet godda u tibdiliet fuq sitwazzjonijiet li jinqalghu fil-qasam tas-Sahha f'Ghawdex. Se jkollu wkoll il-funzjoni li jaghti pariri dwar kif ghandu jigi amministrat in-nefqa ta' l-isptar u li jissottometti Business Plan ghal perijodu ta' tliet snin.
L-Onor Dr Anton Refalo tenna l-impenn ta' dan il-Kunsill li jara l-implimentazzjoni tad-decizzjonijiet prijoritarji li jigu mehuda fil-laqghat.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922