Proposti ghal bidliet fil-Kodici u Regolamenti li jiggvernaw ic-Censura
It-Taqsima ta' l-Intern, Ufficcju tal-Prim Ministru qassmet lill-istampa rapport ippreparat mis-Sur Anthony Muscat B.A. (Gen), M.A., Membru tal-Bord tac-Censura tal-Films u tal-Palk, dwar proposti ghal tibdiliet fil-kodici u regolamenti li jiggvernaw ic-censura.
L-opinjonijiet espressi fir-rapport huma tas-Sur Muscat u mhux necessarjament jesprimu l-fehma tal-Gvern jew tal-Bord tac-Censura. F'dan l-istadju, dawn qed jigu ppubblikati biex iqajmu diskussjoni u dibattitu fil-pubbliku dwar il-materja tac-censura. Ta' min jghid li r-regolamenti dwar ic-censura tal-films u tal-palk kienu saru fl-1937 u l-ahhar li gew emendati kien fl-1981.
Il-pubbliku u l-media huma ghalhekk mistiedna biex jaghtu l-kummenti u r-reazzjonijiet taghhom ghall-proposti li jinsabu fir-rapport tas-Sur Muscat. Dawk interessati li jaghtuhom bil-miktub, jistghu jaghmlu dan billi jindirizzawhom lit-Taqsima ta' l-Intern, Ufficcju tal-Prim Ministru, 12 Triq San Pawl, Valletta, sa mhux aktar tard mis-16 ta' Mejju, 1998.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922