Il-Ministru Joe Mizzi iniedi Kampanja Edukattiva "Harsien tar-Regolamenti tat-Traffiku" fiz-Zejtun
Il-Ministru minghajr Portafoll fl-Ufficcju tal-Prim Ministru, is-Sur Joe Mizzi qal li l-inizjattiva biex titqajjem kuxjenza fost l-abitanti ghal aktar harsien tar-regolamenti tat-traffiku kif sar fl-ahhar gimghat fiz-Zejtun hi ta' min ifahharha u jinkoraggiha. Hu essenzjali li l-kampanja edukattiva tkun indirizzata lit-tfal biex Malta jkollha cittadini b'aktar sens civiku fil-gejjieni. Hi hasra li tara indifferenza kbira fost il-pubbliku f'dak li ghandu x'jaqsam ma l-osservanza tar-regolamenti tat-traffiku.
Kien appuntu b'dan il-ghan, qal il-Ministru li fl-ambitu tal-programm ta' l-immodernizzar tad-Dipartiment tal-Pulizija, madwar 171 kuntistabbli intbaghtu fuq xoghol differenti minn dak li kienu qed iwettqu. Minnhom 41 kuntistabbli sahhew il-forza fid-Distretti waqt li 32 ohra hargu fuq patrol fit-toroq.
Tnaqqas hafna x-xoghol li l-Pulizija kienet mghobbija bih u li ma kellux x'jaqsam mad-dmirijiet attwali tal-Korp tant li l-pubbliku diga' beda jhoss aktar il-prezenza tal-pulizija fit-toroq. Il-Gvern impenjat li jsahhah u jtejjeb il-mezzi tal-korp biex ikun ta' servizz aktar lic-cittadin. Aktar ghases li fi zmien l-amministrazzjoni precedenti kienu jinzammu maghluqa issa qed jergghu jintuzaw. Il-mezzi u l-facilitajiet ezistenti tal-korp qed jithaddmu ahjar ghal harsien u s-sigurta' tal-poplu. Il-Ministru Mizzi zied jghid li l-prezenza ta' aktar pulizija tat-traffiku fuq patrol fit-toroq u fl-ghases li kienu jinzammu maghluqa, jwassal ghal aktar rispett tal-ligi u ta' l-ordni fil-pajjiz u biex tigi intensifikata l-glieda kontra l-kriminalita' organizzata. Dan kollu seta' jsehh permezz ta' riforma gradwali li l-Gvern gdid Laburista wieghed li ssir fl-operat tal-Korp u li mistenni li jkompli jissahhah meta l-ligi l-gdida dwar il-Korp tal-Pulizija tibda tithaddem fix-xhur li gejjin.
Il-ligi se tiehu post l-Ordinanza antika tal-Pulizija u ser tbiddel l-aspett kollu tal-Korp. Is-Sur Mizzi qal li b'hekk isir aktar efficjenti u trasparenti, jeraq aktar vicin lejn ic-cittadin, u jitwaqqfu divizjonijiet godda tant mehtiega ghal ghanijiet specifici fil-hidma tal-Korp.
Il-Ministru qal li din il-gimgha stess beda kors ghal Spetturi godda. Minn 25 Spettur-Kadett, tmienja (8) huma minbarra l-Korp. Malli jintemm il-kors ikun possibbli li titwaqqaf il-Prosecution Unit tal-Korp - haga li qabel ma setghetx issir minhabba li ma kienx hemm il-kumpliment shih ta' Spetturi biex taqsima essenzjali bhal din tkun organizzata.
B'hekk il-Gvern ikun qed izomm mal-weghda elettorali tieghu li jaghti sens gdid ta' prestigju, rispett u fiducja lill-Korp tal-Pulizija.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922