It-Tabib Louis Buhagiar jinawgura ftuh ta' Wirja tal-Floriana Senior Citizens
It-Tabib Louis Buhagiar, Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani, fetah wirja mtella' mill-Floriana Senior Citizens. Din il-wirja hija ezempju ta' persuni li ghalkemm kibru hafna fl-eta', ghadhom attivi hafna. L-anzjani huma rizors kbir hafna u din il-wirja hija xhieda ta' dak li jafu jaghmlu.
Ic-Centru tal-Floriana Senior Citizens huwa mmexxi mill-volontarjat. L-anzjani hadu l-inizzjattiva biex jinfetah il-post, jittranga u jorganizzaw attivitajiet. It-Tabib Buhagiar fahhar dan l-isforz u qal li ser jaghmel min kollox biex tikber il-koperazzjoni bejn il-Gvern u c-Centri tal-volontarjat.
Il-Gvern prezenti dejjem lest biex jiddjaloga mac-cittadini u dan sar mal-Floriana Senior Citizens fil-kaz tad-dar ta' l-anzjani fil-Floriana. Hafna mill-idejat li hargu bihom ir-rapprezentanti ta' din l-ghaqda gew milqghua. Is-Segretarju Parlamentari stieden il-Floriana Senior Citizens biex ikomplu isegwu il-progett mill-qrib.
It-Tabib Buhagiar appella sabiex aktar anzjani jibdew jattendu dan ic-Centru minflok joqghodu wehidhom id-dar. Huwa ferah lill-anzjani li esibew l-oggetti fil-wirja. Fost l-affarijiet esibiti hemm dehra tal-Knisja ta' San Publiju maghmula miz-zkuk tas-sulfarini, xoghol tas-Sur Joseph Sciberras. Ghal din il-bicca xoghol ntuza ghadd kbir hafna ta' sulfarini, tant hija mnizzla fil-Guinness Book of Records.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922