Left arrow Go Back

Konsultazzjoni mill-Gvern ma' residenti dwar is-sulari addizzjonali

PR0723
Date Icon 23/04/1998

Fuq inizjattiva tal-Ministru ghad-Djar u Kunsilli Lokali, s-Sur Alfred Portelli, bhalissa qeghdin isiru sensiela ta' laqghat ta' konsultazzjoni ma' residenti li jghixu f'appartamenti tal-Gvern fi blokki fejn l-Awtorita' tad-Djar mistennija tibni sulari addizzjonali. L-ewwel laqgha saret nhar it-Tnejn ma' residenti miz-Zurrieq li jghixu fil-Qasam tad-Djar tan-Nigret.

Ufficjali mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar, minn dak ghall-Akkomodazzjoni Socjali, l-Awtorita' tad-Djar u mill-Ministeru fissru d-dettalji tal-progett partikulari u anke wiegbu mistoqsijiet li sarulhom mir-residenti. F'din il-laqgha li saret f'atmosfera kordjali ttiehdet nota tal-ilmenti u anke proposti li saru mir-residenti. L-ufficjali tal-Housing qalu lir-residenti li l-Gvern se jaghmel hiltu kollha biex l-inkonvenjenza ghar-residenti tkun mill-inqas.

Laqgha ohra bhal din saret illum ghar-residenti ta' Oqsma tad-Djar f'H'Attard u l-Gudja. Hemm ippjanat ukoll laqghat simili ghal residenti mill-Oqsma tad-Djar fiz-Zejtun u Hal Qormi. Ghal dawn il-laqghat gew mistiedna biex jattendu mal-120 familja.

Dawn ir-residenti jirrapprezentaw l-ewwel fazi tal-progett kollha li jahseb ghall-bini ta' bini ta' sulari addizzjonali fuq blokki tal-Gvern. F'din l-ewwel fazi se jinbnew 76 unit gdid u x-xoghol fuqhom mistenni jibda matul is-sajf li gej. Dan il-progett gie mahsub apposta biex tigi salvata art fabbrikabbli li f'Malta barra li hi skarsa hafna hija mehtiega biex thalli dak il-berah tant mehtieg.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PROJECTS  With Malta Enterprise’s support, Hornetsecurity strengthens its investment in Malta and entrusts its Maltese workforce with the development of its flagship product

PR261922EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠIĊI  Bl-appoġġ ta’ Malta Enterprise, Hornetsecurity ssaħħaħ l-investiment f’Malta u tafda lill-ħaddiema Maltin bl-iżvilupp tal-prodott ewlieni tal-kumpanija

PR261922

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IT-TEKNOLOĠIJA U PROĠETTI STRATEĠ...

More Press Releases Right arrow