Kampanja ta' attivitiajiet biex jitfakkar il-Jum Dinji ta' l-Ambjent
Din is-sena l-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent qieghed ihejji ghadd gmielu ta' attivitajiet biex ifakkar il-Jum Dinji ta' l-Ambjent li jigi fil-5 ta'Gunju. Fost dawn hemm numru ta' attivitajiet kulturali li aktar minn kull hag'ohra s-sens warajhom huwa t-thaddim ta' l-immaginazzjoni f'xoghlijiet kreattivi li jaghtu dimensjoni differenti u pozittiva lil l-ambjent.
Ghaldaqstant din is-sena il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent qieghed iniedi konkors ghall-ahjar arrangament bil-fjuri, maqsum f'zewg kategoriji: bit-temi, a) Majjistral u b) Kuntrasti fl-Ambjent.
Kull min huwa nteressat li jiehu sehem ghandu jaghmel dan billi jikseb applikazzjoni ghal partecipazzjoni mid-Dipartiment tal-Kommunikazzjoni fi hdan il-Ministeru, liema applikazzjonijiet ghandhom jaslu fl-istess post sa mhux aktar tard mill-Erbgha 6 ta' Mejju 1998.
Il-Partecipanti jistghu jiehdu sehem f'wahda jew fiz-zewg kategoriji u l-arrangament/i m'ghandux ikollu aktar minn 48 fjura. Fil-prezentazzjoni ta' l-arrangament huwa permess li jkunu uzati accessorji filwaqt li hu mportanti li l-fjuri uzati jkunu friski.
Il-premjazzjoni ghall-ahjar arrangament minn kull kategorija issir nhar it-Tnejn 7 ta' Gunju 1998 f'Misrah il-Helsien mill-Vici Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent l-Onor. Dr. George W. Vella.
F'kaz ta' diffikulta' il-partecipanti jistghu iccemplu fuq in-numri 22 92 30, Freephone 77 22 02 jew Fax 24 55 04.
Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922