Laqgha bejn is-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex u l-Bank of Valletta plc
F'laqgha li saret fis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex, gie mwaqqaf 'Kumitat ta' Azzjoni ghall-Promozzjoni ta' Zvilupp Sostenibbli ghal Ghawdex', bejn is-Segretarjat ghal Ghawdex u l-Bank of Valletta. L-izvilupp sostenibbli ta' Ghawdex kien fost is-suggetti diskussi f''din il-laqgha, li fiha c-Chairman tal-Bank Dr Reno Borg ipprezenta lis-Segretarju Parlamentari Dr Anton Refalo b'ghajnuna finanzjarja ghall-pubblikazzjoni ta' materjal pubblicitarju tas-Sentinella.
Il-membri tal-Kumitat ta' Azzjoni ghall-Promozzjoni ta' Zvilupp Sostenibbli ghal Ghawdex huwa ffurmat hekk: is-Sur Victor Cauchi, Chairman; is-Sur Joe Cordina, Segretarju; Membri, is-Sinjuri : Grazio Mercieca LL.D. , Guido J Vella, A&C.E.,B.Arch, John Magro, Paul Zammit, Edmond Theuma, Kevin Grech u George Said.
L-ghan ewlieni tal-Kumitat huwa li jippromwovi zvilupp ghal Ghawdex, mahsub biex filwaqt li jissodisfa l-bzonnijiet tal-generazzjoni prezenti ma jikkompromettix il-pozizzjoni ta' generazzjonijiet futuri. Il-Kumitat ghandu jezamina issues specifici bhat-turizmu, l-industrija, il-kummerc u l-agrikoltura biex imbaghad jaghmel rakkomandazzjonijet lis-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex dwar inizjattivi li jkunu jistghu jittiehdu f'dawn l-oqsma favur zvilupp sostenibbli.
Dr Anton Refalo qal li t-twaqqif tal-Kumitat huwa zvilupp pozittiv li s-Segretarjat se jsegwi b'interess. Huwa qal li s-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex jemmen li kull zvilupp li jsehh f'Ghawdex irid jikkunsidra l-karatteristici socjo-kulturali tal-gzira biex filwaqt li jipprovdi opportunitajiet godda ghal-popolazzjoni taghha, ma jcahhadhiex minn dawk l-affarijiet li jiddistingwuwha minn postijiet ohra. Dr Reno Borg qal li l-Bank of Valletta ihares b'fiducja u b'interess lejn koperazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex favur inizjattivi li minnhom tista tibbenefika l-ekonomija Ghawdxija, b'attenzjoni ghall-harsien ta' l-ambjent fiziku, socjali u kulturali ta' Ghawdex.Other Press Releases:
PR261922EN
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR THE ECONOMY, TECHNOLOGY AND STRATEGIC PRO...
PR261922